Search results for: covid (Page 5)

“Isma’, imma tibżax tagħmel xi ħaġa li hija għal qalbek għax tiddevja min-‘normal’. Jekk issegwi l-boxxla nterna tiegħek, il-ħajja għandha mod umoristiku kif tisvolġi.” Laura Paris Riċentament, Laura Paris ikkolaborat ma’ ‘Break the Taboo’ kif ukoll ma’ ‘Young Progressive Beings’ biex tinħoloq kollezzjoni ta’ esperjenzi ta’ nisa li għamlu abort. Dan il-proġett issejjaħ ‘Dear Decision Makers’ u sar bit-tama li jipperswadu lil dawk li joħolqu l-liġijiet f’ Malta biex jisimgħu t-talbiet tan-nisa u joħolqu dibattitu fuq il-projbizzjoni totali tal-abort f’Malta. Aħna ta’ Wham tkellimna ma’ Laura biex insiru nafu aktar fuq  x’ jogħġob lil din il-mara żagħżugħa u ambizzjuża. Hija taħdem bħala speċjalista tal-kontroll tal-mardRead More…

esperjenza ta' korriment

Kont ili miżżewġa iktar minn sena. Konna bdejna ngħixu flimkien minn aktar qabel. Konna ċerti li lesti għat-tfal, b’ hekk attendejna kull tip ta’ ‘check-up’, adattajna lilna nfusna għal ħajja ta’ kwalita’ aħjar, kif ukoll neħħejna drawwiet li ma kienux ideali. Wara dan kollu, iddeċidejna biex nippruvaw inġibu t-tfal fid-dinja. Qabel dan kollu, ix-xogħol tiegħi kien sar stressanti ħafna, kont inħossni rrid nibki l-ħin kollu u b’ hekk ikkonsultajt ma’ psikjatra. Wara ftit xhur nattendi s-sessjonijiet u nieħu l-kalmanti, bdejt inħossni aħjar, u b’hekk waqqafthom. Minnufiħ sirt naf li kont tqila. F’dak il-mument ħassejt kull emozzjoni possibbli: ħassejtni ferħana, imħawda u xxukkjata fl-istess ħin, iżdaRead More…

anxiety during a pandemic

Kollha kemm aħna għaddejna minn żmien pjuttost stramb dan l-aħħar. Ħajjitna bħal waqfet ħesrem u kollox donnu nqeleb ta’ taħt fuq. Ġejna mistennija naddattaw malajr l-attivitajiet ta’ kuljum tagħna taħt kundizzjonijiet totalment differenti, kif ukoll naċċettaw irwoli li qatt ma konna għexna qabel. F’ daqqa waħda, familji bit-tfal ġew mitluba jaddattaw għal irwol ta’ ‘carer’ u għalliema 24/7 mingħajr l-ebda sapport. Dan kien pass problematiku għax kif ngħidu bl-ingliż, “it takes a village to raise a child”. Dawk li jaħdmu kellhom ikomplu xogħolhom mid-dar, possibilment bit-tfal id-dar magħhom. Xi wħud raw il-post tax-xogħol jagħlaq il-bibien tiegħu b’ mod indefinit. Persuni vulnerabbli spiċċaw maqbuda fi djarhom,Read More…

Għaddew erbat’ ijiem minn mindu tlaqt minn relazzjoni tossika, vjolenti u abbużiva ma narċiżist. Ħsibt li ser inqatta’ ħajti kollha miegħu u għadni nitħabat. Għandi għoqda kbira fl-istonku għaliex filwaqt li ħajti sfat misruqa, hu baqa’ jgħix ħajtu qisu qatt ma kien xejn, bħal li kieku hu kien il vittma u l-martri fir-relazzjoni. Żamm l-istess ħbieb li kellu, dawk l-istess ħbieb li kienu jaħbulu u jfaħħruh għal dak li kien jagħmel. Kulma nixtieq hu li naqbad inwerżaq kemm niflaħ, “dak isawwat lil mara u jaqlibhielha! Għalfejn għadkom miegħu? Għalfejn għadkom tagħtu l-appoġġ lilu u mhux lili? Għalfejn qed iżżommu miegħu?”, imma ma nistax għax tafRead More…

bizzilla

X’jigi f’moħħok meta taħseb fuq il-bizzilla Maltija? Forsi kont tara lil bużnanna tiegħek taħdem il-bizzilla meta kont tifel jew tifla, forsi tisma’ stejjer dwar minn fejn ġew it-tvalji l-iktar apprezzati ta’ ommok, memorji ta’ min ifassal id-disinji f’Għawdex li jbigħu l-prodotti tal-bizzilla tagħhom jew ritratti ta’ rjali Ingliżi lebsin il-bizzilla tagħna. Għalkemm it-tfassil tal-bizzilla qiegħed ftit ftit jgħib fl-istorja kulturali tagħna, aħna lkoll għandna xi storja jew xi esperjenza relatata. Is-servizz SOAR tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide nieda proġett fl-aħħar tal-2019 imsejjaħ A Stitch in Time, biex jiġbor in-nisa, speċjalment nisa li affaċċjaw ċirkostanzi diffiċli tal-ħajja bħal faqar, dipressjoni u vjolenza domestika. B’kollaborazzjoni ma’ Ħajja, intrapriżaRead More…

mariposa's blog

Iż-żmien itir u ċ-ċirkustanzi jinbidlu. Hemm żmien biex nipprovaw nikkonċepixxu, u żmien biex nevitaw it-tqala. Madwar għaxar snin ilu kont anzjuża biex nikkonċepixxi għat-tieni darba, iżda bdejt insibha bi tqila biex jirnexxili! Iktar tard, madwar ħames snin wara, il-paġna nqalbet u kont anzjuża biex ma ninqabadx tqila. Iżda xi kultant il-ħajja tipprovdielna ċirkustanzi li ma nkunux qed nistennew! Hawnhekk ħa naqsam miegħek l-esperjenza tiegħi personali – il-problemi, l-istress, il-fjaski, it-tagħlim, ħalli titgħallem mill-iżbalji tiegħi u possibilment jirnexxilek tapplika dan li se ngħidlek biex tasal għal dak li tixtieq inti b’ mod naturali. Problema biex Nikkonċepixxi Minħabba li kont inqbadt tqila l-ewwel darba mingħajr ma kienRead More…

contraception in malta

Addattata bil-Malti fuq kitba ta’ Dr Michele MONTANARO-GAUCI MD. MSc. FRCOG – Speċjalista fil-Ġinekoloġija. Għażla vasta ta’ kontraċettivi għandha tkun disponibbli u aċċessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel ta’ kull eta’ f’ Malta. Kulħadd għandu d-dritt jaċċessa kontraċettivi effettivi b’ mod faċli, għax dan jgħinhom iżommu f’ saħħithom, jevitaw tqala mhux mistennija, u jkollhom ħajja sesswali sodisfaċenti u bla riskji. Vista fi klinika ta’ kontraċettivi tinkludi informazzjoni u diskussjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar metodu kontraċettiv għall-individwu, mill-għażla kollha disponibbli. Meta tittieħed din id-deċiżjoni, tista ssir il-proċedura neċessarja fejn ikun hemm bżonn, kif ukoll il-visti ta’ konsultazzjoni wara li dan isir. Konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu suġġettiRead More…