Share the love

pjattaforma erotika

Nina Lessi hija kemm pjattaforma erotika kif ukoll moviment ibbażat fuq il-kapaċita’ tan-nisa u l-liberazzjoni sesswali. Fl-istess waqt, din il-pjattaforma tfittex li teduka n-nisa dwar ġisimhom stess. Għal ħafna snin il-pjaċir sesswali tan-nisa ġie njorat, u l-konsegwenzi ta’ dan għadna narawhom sal-lum il-ġurnata. B’dak li hu msejjaħ ‘orgasm gap’ fuq bażi tal-ġeneru, speċjalment f’koppji eterosesswali (koppji lisbjani jidhru li qed jimxu ħafna aħjar), l-affarijiet ċertament mhux jidhru sew rigward l-orgażmu tal-mara.

Tkellimna ma Nina Lessi biex nitgħallmu aktar dwarhom: x’jagħmilhom differenti minn siti sesswali regolari, kif qed jippjanaw li jnaqqsu l-‘orgasm gap’, kif jippromovu l-kapaċita’ tal-mara, u aktar.

Xi tkun Nina Lessi?

Fil-qosor, Nina Lessi hija moviment li jeduka u jagħraf il-kapaċita’ ta’ dawk kollha li jidentifikaw bħala nisa. Nixtiequ ninnormalizzaw l-idea li n-nisa wkoll għandhom fantasiji sesswali, xewqat u bżonnijiet. Għalhekk ħassejna l-bżonn li noħolqu pjattaforma li biha jistgħu jesploraw u jgawdu s-sesswalita’ tagħhom u l-pjaċir mingħajr ebda ġudizzju.

Minħabba li dan hu suġġett pjuttost vast iddeċidejna li nibdew din l-avventura tagħna permezz ta’ blog fejn b’mod regolari niktbu artikli kemm erotiċi kif ukoll li jservu t’edukazzjoni sesswali. Din hija pjattaforma minn nisa għan-nisa, u għalhekk bħala nisa nifhmu dak li n-nisa jixtiequ jaqraw u nagħmlu ħilitna biex dan nipprovduh.

Kif tista’ tgħin lin-nisa din il-pjattaforma erotika Nina Lessi?

Nina Lessi tista’ tgħin lin-nisa b’diversi metodi! L-ewwel nett tedukahom dwar is-saħħa sesswali u l-organi sesswali tagħhom. Sfortunatament hawn wisq nisa li qatt m’ azzardaw iħarsu lejn il-vaġina tagħhom, li ma jafux xi jkun klitoris jew G-spot, u li qatt m’orgażmaw. Għalhekk infittxu li niktbu artikli għan-nisa sabiex isiru aktar kunfidenti waqt li jitgħallmu dwar ġisimhom u dak li jtihom pjaċir.

Apparti dan, aħna niktbu stejjer erotiċi li jgħinu lil qarrejja jikkrejaw xeni f’moħħhom bil-mod li jixtiequ huma. L-istil ta’ kitba tagħna jiddeskrivi l-perspettiva tal-qarrejja, u b’hekk nagħtu ċ-ċans lil qarrejja jsiru parti mill-istorja.

Dan jagħtihom iċ-ċans jesploraw ix-xenarji u l-attrazzjonijiet sesswali tagħhom fis-sigurta’ tal-immaġinazzjoni tagħhom stess. Xejn grafiku ma huwa mitfugħ fuq il-qarrejja; l-ebda tip ta’ ġisem jew ġeneru. Inħallu kollox f’idejn il-qarrejja biex jaddattaw ix-xena kif jogħġob lilhom.

pjattaforma erotika

Għal liema demografika hija ddisinjata Nina Lessi?

Sinċerament, il-blog tagħna huwa addattat għal kulħadd. Madankollu nemmnu li jattratta l-aktar lil dawk li jidentifikaw lilhom infushom bħala nisa. Bħalissa l-aktar li jaċċessaw il-blog tagħna huma nisa bejn l-20 u l-40 sena, iżda nixtiequ ħafna li jirnexxilna nilħqu wkoll gruppi t’etajiet iżgħar u anke ikbar.

B’liema mod il-prodott tagħkom jipprovdi liberazzjoni sesswali?

Il-pjattaforma erotika Nina Lessi tiġġieled it-tabu’ li l-pjaċir u l-orgażmu femminili huwa assoċjat miegħu.

Għaliex il-pjattaforma erotika Nina Lessi toffri kunċett femminist?

Bħal ma spjegajna, l-għan tagħna huwa li ngħinu n-nisa jsiru aktar kunfidenti b’ġisimhom u li jitgħallmu aktar dwar il-gost u x-xewqat sesswali tagħhom. B’hekk qed nittamaw li nnaqsu l-‘orgasm gap’ filwaqt li nagħtu lin-nisa l-istamina neċessarja sabiex jegħlbu l-mistħija meta jitkellmu dwar is-sess.

Studju mmexxi minn Durex wera li 20% tan-nisa ma jorgażmawx waqt is-sess jew ‘foreplay’, meta mqabbel ma 2% ta rġiel li ma jorgażmawx. Aktar inkwetanti minn hekk huwa li 56% tal-irġiel jemmnu li l-orgażmu mhux neċessarju għal mara biex tieħu gost waqt is-sess. Dan juri problema kbira li tista’ tiġi megħluba biss jekk nibdew inħossuna kunfidenti biżżejjed sabiex nesprimu l-bżonnijiet u x-xewqat tagħna bħala nisa.

Għalhekk, billi ngħallmu lin-nisa dwar ġisimhom u ntuhom mezz sabiex jieħdu gost bis-sess inkunu qed nersqu pass il-quddiem sabiex nilħqu l-ugwaljanza fl-orgażmu.

Finalment aħna nisħqu li l-istejjer kollha tagħna kif ukoll l-istampi użati juru rispett kif ukoll il-kapaċita’ tal-mara. L-ebda storja ta’ diżrispett, degradar, eta’ żgħira, żvantaġġjar jew agħar minn hekk stupru, mhu se jitħallew jittellgħu fuq il-pjattaforma erotika tagħna. Aħna kompletament kontra dawn l-ideat u mhu se nittollerawhom qatt.

pjattaforma erotika

Minn fejn ħarġet l-idea ta’ Nina Lessi?

Ironikament l-idea ħarġet meta konna qed nirrilassaw fejn il-pixxina b’tazza nbid abjad f’idejna. Konna qed ingergru dwar ix-xogħolijiet tagħna u waħda minna rrimarkat dwar kemm kien ikun aħjar kieku kellna mmexxu ‘sex shop’. L-oħra wieġbet, “Dejjem xtaqt nikteb stejjer sesswali! Missna noħolqu xi ħaġa hekk bejnietna!”

Ġimgħa wara erġajna ltqajna u bdejna nanalizzaw u nippjanaw b’mod vag, u ddeċidejna li nipprovaw. Irrealizzajna kemm hawn bżonn dan it-tip ta’ blog speċjalment f’Malta. Filfatt it-tnejn l-aħna fittxejna jekk jeżistux pjattaformi ta’ dan it-tip f’Malta, iżda sibna biss kontenut limitat ħafna – dan tagħna l-kuraġġ biex nibdew naħdmu ħafna aktar fuq hekk!

X’jiddistingwi din il-pjattaforma erotika minn oħrajn?

Id-differenza bażika hija li l-għan tagħna mhuwiex biex inbiegħu jew li nsiru sinjuri b’xi mod, iżda biex ngħinu n-nisa jieħdu gost. Dan hu rifless fil-pjattaforma erotika tagħna u fil-kitba li nippreżentaw.

L-artikli kollha tagħna huma bbażati fuq riċerka, u t-tnejn li aħna studjajna ħafna dwar ix-xjenza għal żmien twil. U għalhekk kapaċi nifhmu s-sess u l-pjaċir mill-lat bijoloġiku, xjentifiku u mediku wkoll.

Biex tiskopri aktar dwar Nina Lessi żur is-sit ninalessi.com jew l-instagram @ninalessiofficial.


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *