Editor (Page 4)

Is-Sajf tas-sena 2020…Sajf mistenni b’ ħerqa kbira! Wara li qattajna Xitwa d-dar, żgur li kollha kemm aħna ninsabu ħerqana biex ingawdu s-Sajf aktar minn qatt qabel. Għalhekk, Accessorize huwa l-post l-aktar ideali għalik, mimli malji, ħwejjeġ mill-aqwa għall-fejn il-baħar, ‘sarongs’, ‘kaftans’, krakar u sandlijiet, ġojjellerija u ħafna aktar. Żid ftit tal-faxxinu fid-dehra tiegħek fejn il-‘pool’ bil-kollezzjoni tagħna SS2020 u żgur li dan ikunlek l-aqwa Sajf li qatt esperjenzajt s’ issa! “Kemm hu sabiħ dak il-mument fejn tant tħossok kuntenta bl-aċċessorji perfetti li tkun liebsa, li jikkumplimentaw ħwejġek, juru l-istil tiegħek jew iġagħluk titbissem!” – IT_TIM TA’ ACCESSORIZE ĦWEJJEĠ U MALJI GĦAL FEJN IL-BAĦAR… Tmur fejnRead More…

Doctors for Choice Malta, Women’s Rights Foundation u Women for Women bi pjaċir iħabbru t-tnegħid ta’ inizjattiva konġunta: il-Family Planning Advisory Service (FPAS) Malta. FPAS huwa l-ewwel helpline u servizz t’ informazzjoni hawn Malta li jirrispetta l-għażla ta’ kull persuna li tagħmel l-aħjar deċiżjoni għas-saħħa riproduttiva tagħha. Is-servizz huwa pprovdut minn voluntiera mħarrġa, bis-sapport ta’ professjonisti mediċi u soċjali.  It-telefonati huma bla ħlas.  Permezz ta’ dan is-servizz, persuni li jagħmlu kuntatt magħna ħa jirċievu informazzjoni rriċerkata fuq is-saħħa riproduttiva tagħhom u l-għażliet li jistgħu jagħmlu, inkluż informazzjoni fuq kif taċċessa abort sigur u kontraċettivi.  Il-voluntiera ta’ FPAS huma kollha favur l-għażla u jistgħu jgħinu lilRead More…

probijotiċi u dipressjoni

Esperjenza li ġġiblek għoqda fl-istonku. Friefet fl-istonku. Ħafna minna istintivament iħossu l-konnessjoni bejn is-sistema diġestiva u l-moħħ tagħna. Din il-korrelazzjoni, kif ukoll il mezz li bih il-flora batterjali fis-sistema diġestiva tagħna – il-mikrobioma tagħna – tista’ tkun ta’ għajnuna kontra l-mard mentali, sar qasam ta’ nteress għal diversi xjentisti f’dawn l-aħħar snin. Analiżi ġdida tal-letteratura medika ssuġġeriet li probijotiċi – ikel jew supplimenti li fihom mikrobi maħsuba li jħallu influwenza pożittiva fl-imsaren tagħna – jistgħu jgħinu biex itaffu d-dipressjoni. “Din hija riċerka ta’ kwalità tajba, iżda hija reviżjoni ta’ nformazzjoni relattivament preliminari,” jgħid Allan Young, li huwa professur ta’ diżordnijiet tal-burdati, fl-Istitut tal-Psikjatrija, il-Psikoloġija u Newroxjenza, f’King’sRead More…

six pack revolution transformation

Jisimni Hayley u din hija l-istorja tiegħi… Ta’ 35 sena irċivejt aħbar li biddlitli ħajti kompletament. Fil-ftit xhur ta’ qabel dan ma kontx qed inħossni normali, iżda komplejt b’ ħajti qisu qatt ma kien xejn. Immaġinajt li dak li kont qed inħoss kien biss riżultat ta’ stress relatat max-xogħol u għajja. Finalment mort s’ għand it-tabib u tkellimt anke mal-infermiera tiegħi, li minn naħa tagħha kienet xi ftit konċernata li seta jkun hemm xi kawża wara dan, u għalhekk talbitni nnewlilha kampjun tal-urina l-għada. Hekk għamilt, u tant ħassejtni inkwetata li hekk kif dħalt fejn l-infermiera waqqajt il-kampjun tal-urina mal-art. Sa tletin minuta wara irċivejtRead More…

sophie bonello du puis

Sophie għadha kemm iggradwat bħala Gestalt Psychotherapist u ġibditilna l-attenzjoni għax tirrappreżenta l-mara Maltija moderna: kunfidenti, kapaċi tinfluwenza, tagħti ispirazzjoni, hija brillanti kif ukoll indipendenti, bħal ma tgħid Annie Lennox “li tagħmel għaliha nnifisha”. Fittixniha biex insiru nafuha aħjar. Għidilna ftit dwarek ….kemm għandek żmien? X’ aspirazzjonijiet għandek u xi tħobb tagħmel l-aktar? Jien għandi 27 sena u dejjem xtaqt naħdem bħala psikoterapista. Il-ħolma tiegħi hija li niftaħ klinika privata li tkun tiegħi biss, spazju li joffri sigurta’, appoġġ, konsolazzjoni u trankwillita’ għal kull min ifittex l-għajnuna. Nixtieq li jkun hemm ukoll xi żewġt ikmamar żejda biex b’ hekk dawk it-terapisti li qed jieħdu taħriġRead More…

bizzilla

X’jigi f’moħħok meta taħseb fuq il-bizzilla Maltija? Forsi kont tara lil bużnanna tiegħek taħdem il-bizzilla meta kont tifel jew tifla, forsi tisma’ stejjer dwar minn fejn ġew it-tvalji l-iktar apprezzati ta’ ommok, memorji ta’ min ifassal id-disinji f’Għawdex li jbigħu l-prodotti tal-bizzilla tagħhom jew ritratti ta’ rjali Ingliżi lebsin il-bizzilla tagħna. Għalkemm it-tfassil tal-bizzilla qiegħed ftit ftit jgħib fl-istorja kulturali tagħna, aħna lkoll għandna xi storja jew xi esperjenza relatata. Is-servizz SOAR tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide nieda proġett fl-aħħar tal-2019 imsejjaħ A Stitch in Time, biex jiġbor in-nisa, speċjalment nisa li affaċċjaw ċirkostanzi diffiċli tal-ħajja bħal faqar, dipressjoni u vjolenza domestika. B’kollaborazzjoni ma’ Ħajja, intrapriżaRead More…

app għas sess

Għal sekli sħaħ ir-riċerka wriet żbilanċ favur l-irġiel, li ħoloq nuqqas ta’ għarfien dwar is-saħħa tan-nisa. Ir-riċerka fil-ġurnata tal-lum turi li nofs l-ammont tal-irġiel u n-nisa li sar l-istudju fuqhom fl-Ingilterra kellhom nuqqas kbir fit-tagħrif u l-għarfien tal-funzjoni tal-vaġina. Dan in-nuqqas iffurmat minn perċezzjoni fqira tal-pjaċir femminili li jiġi mill-pornografija. Minħabba dan żewġ żgħażagħ iddeċidew li jbiddlu n-narrativa dwar is-saħħa sesswali tan-nisa. Quinlan ta’ 29 sena u Hushlak ta’ 31 sena introduċew app ta’ sess b’għarfien li tuża teknika bħal terapija ta’ mġieba biex tgħin lil dawk li jużaw l-app jesploraw ġisimhom u jaraw x’jaħdem fuqhom. Ferly jindirizza lin-nisa li għandhom diffikultajiet sesswali bħal libidoRead More…

morning after pill escapelle

Pilloli Kontraċettivi t’ Emerġenza x’ Inhuma u Għaliex Jintużaw? Il-pilloli kontraċettivi t’ emerġenza (ECPs) nafuhom aktar bħala l-Morning After Pills (MAP). Dawn jistgħu jittieħdu kull darba li mara tkun inkwetata li tista tinqabad tqila, bħal f’ każ ta’: Sess mingħajr protezzjoni Żbalji waqt l-użu ta’ kontraċezzjoni bħal meta kondom jintuża b’ mod żbaljat, jew joħroġ jew jitqatta Dewmien fl-użu ta’ pilloli kontraċettivi orali ta’ kuljum jew nuqqas ta’ teħid ta’ dawn il-pilloli Użu skorrett ta’ metodi ta’ fertilita’ bħal f’ każ fejn koppja tinsa tastjeni jew tuża metodi oħra kontraċettivi fi ġranet fertili Ir-raġel jinsa joħroġ il-pene qabel l-eġakulazzjoni Abbuż sesswali Meta mara tibża liRead More…

kundizzjonijiet mediċi nisa u rġiel

Għalkemm ċerti kundizzjonijiet mediċi huma komuni kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa, ħafna drabi n-nisa jiġu affettwati b’mod differenti, anke jekk is-sintomi ġeneralment ikunu simili ħafna għall-dawk esperjenzati mill-irġiel. Dan ifisser li ħafna drabi, in-nisa jkollhom bżonn kura xi ftit differenti wkoll. Jekk nieħdu eżempju bl-Amerika, in-nisa għandhom riskju ħafna akbar mill-irġiel għall-kanċer tas-sider. Ftit minn dawn il-kundizzjonijiet u l-effett tagħhom partikolarment fuq in-nisa nistgħu narawhom hawn. Abbuż ta’ alkoħol Milljuni ta’ nisa fl-Istati Uniti jagħmlu użu żejjed ta’ alkoħol li bih ipoġġu ħajjithom, saħħithom u s-sigurta’ tagħhom f’riskju. Filwaqt li għall-irġiel huwa iktar faċli li jiġu dipendenti fuq l-alkoħol f’ ħajjithom, l-effett ħażin li jġibRead More…

exercise during pregnancy

L-eżerċizzju waqt it-tqala għandu ħafna benefiċċji kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija fil-ġuf. Meta tipparteċipa f’ eżerċizzju mingħajr riskju u żżomm ruħek attiva, tħossok tajba kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Benefiċċji ta’ l-eżerċizzju waqt it-tqala Jgħinek iżżomm fil-limitu rakkomandat ta’ piż waqt it-tqala Inaqqas kull uġigħ li spiss nassoċjawh mat-tqala bħal ma hu l-uġigħ fid-dahar Isaħħaħ il-muskoli tal-pelvis: benefiċċju li jgħinek ukoll waqt il-ħlas Jgħinek iżżomm il-pressjoni taħt kontroll, li jservi ta’ benefiċċju speċjalment minħabba li l-pressjoni spiss iżżid waqt it-tqala Inaqqas l-istress kif ukoll ir-riskju ta’ dipressjoni ta’ wara t-tqala Jgħinek iġġib lura l-figura li kellek qabel it-tqala fl-inqas żmien possibbli Konsiderazzjonijiet In-nisa jesperjenzaw ħafnaRead More…