Editor (Page 5)

financial independence

Indipendenza finanzjarja tfisser li jkollok kontroll assolut fuq il-finanzi tiegħek. Tista tieħu deċiżjonijiet mingħajr il-bżonn li tiddependi fuq ħaddieħor biex jiddeċiedi għalik. Meta tkun finanzjarjament indipendenti tkun tista tissapportja lilek innifsek finanzjarjament. Dan tista tagħmlu mill-qligħ tal-paga ta’ l-impjieg tiegħek, tfaddil u investimenti, mingħajr il-bżonn li tiddependi fuq għajnuna mill-istat, familja, ħbieb jew assistenza soċjali. Fortunatament, jekk ikollok ftit informazzjoni bażika dwar kif għandek tieħu ħsieb flusek u kif tieħu deċiżjonijiet addattati għas-sitwazzjoni tiegħek, tista faċilment tikseb indipendenza finanzjarja. Min ikollu indipendenza finanzjarja jkun jista jippjana għal futur li dejjem ħolom li jkollu. Għal kuntrarju, min sfortunatament ma jkollux dan jista biss jittama li forsiRead More…

Ħafna ommijiet spiss jitħassbu dwar l-aħjar eta’ li jrid ikollhom il-bniet tagħhom biex jibdew jużaw it-tampuni, jew kif nafuhom aktar, ‘tampons’, u filfatt spiss jiskuraġġixxu lill-uliedhom milli jibdew jużaw it-tampuni mill-ewwel ‘period’ tagħhom. Ħafna tfajliet fil-bidu tal-perjodu tal-puberta’ tagħhom jippreferu jużaw ‘sanitary pads’ għall-ewwel ftit xhur, waqt li ċertu tfajliet jibżgħu u m’ għandhom l-ebda ħsieb jipprovawhom. Biex tieħu deċiżjoni tajba dwar jekk tfajla tistax tuża t-tampuni żomm dawn iż-żewġ ħsibijiet f’ moħħok: hija responsabbli biżżejjed biex tuża t-tampuni b’ mod sikur? U iktar importanti minn hekk, hija komda bl-idea li tużahom? Jekk ir-risposta hija ‘iva’, serraħ moħħok li huwa totalment sikur li t-tifla tibdaRead More…

contraception in malta

Addattata bil-Malti fuq kitba ta’ Dr Michele MONTANARO-GAUCI MD. MSc. FRCOG – Speċjalista fil-Ġinekoloġija. Għażla vasta ta’ kontraċettivi għandha tkun disponibbli u aċċessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel ta’ kull eta’ f’ Malta. Kulħadd għandu d-dritt jaċċessa kontraċettivi effettivi b’ mod faċli, għax dan jgħinhom iżommu f’ saħħithom, jevitaw tqala mhux mistennija, u jkollhom ħajja sesswali sodisfaċenti u bla riskji. Vista fi klinika ta’ kontraċettivi tinkludi informazzjoni u diskussjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar metodu kontraċettiv għall-individwu, mill-għażla kollha disponibbli. Meta tittieħed din id-deċiżjoni, tista ssir il-proċedura neċessarja fejn ikun hemm bżonn, kif ukoll il-visti ta’ konsultazzjoni wara li dan isir. Konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu suġġettiRead More…

raw motherhood

Jiena omm żagħżugħa ngħix hawn Malta mas-sieħeb tiegħi u żewġ subien li minn ċkunithom diġa qed juru kemm għandhom moħħhom jilħqilhom, biex ma nsemmux il-ftit ras iebsa mhux ħażin ukoll. Il-kbir jagħlaq 3 snin fil-ħarifa filwaqt li ż-żgħir għandu biss 4 xhur, iġifieri għadni relattivament ġdida għall-irwol tiegħi bħala omm. Bħal ħafna nisa oħra, l-aspettattivi li kelli dwar il-maternita’ ħabbtuni ħafna għal tul ta’ żmien. Sibt lili nnifsi maqbuda f’ konflitt kontinwu miegħi innifsi minħabba li mhux dejjem kont qed nara lili nnifsi bħala omm perfetta. Madankollu, bil mod il-mod bdejt nagħmel paċi miegħi innifsi billi naċċetta r-realta’ tal-maternita’, li hija ferm differenti minn dakRead More…

MAP Morning After Pill Malta

Wara ‘post’ riċenti fuq Facebook, il-Ġinekoloġista Dr. Rita Hansagi ħasset li kellha tintervjeni biex tfiehem aktar il-kunċett tal-‘MAP (Morning After Pill)’ u kif taħdem. Għeżież, jiena ġinekoloġista. Il-professjoni tiegħi tirrikjedi li nwieġeb din il-mistjoqsija. Hemm 2 tipi ta’ MAP disponibbli f’Malta. 1. Escapelle –Li fiha doża għolja tal-ormona ‘progesterone’ artifiċjali. L-unika ħaġa li tagħmel il-‘progesterone’ hi li tipposponi jew ‘tibblokkja’ l-ovulazzjoni, billi iddewwem iż-żieda tal-LH. Hija sempliċiment relatata mal-bijoloġija tal-ormoni. Ma toqtolx trabi. 2. Ella One – Din tikkonsisiti f’tip ieħor ta’ kimika msejħa ‘ullipristat’ – imma għandha mekkaniżmu differenti – taħdem billi timmodifika l-attivita’ tal-‘progesterone’, imma fl-aħħar mill-aħħar jiġri l-istess ħaġa – tipposponi l-ovulazzjoni. Ma toqtol l-ebda tarbija.Read More…

metoomalta

Attenzjoni: abbuż sesswali u stupru. Meta Francesca Fenech Conti, amministratriċi tal-grupp ‘Women for Women (Malta)’ fuq Facebook qasmet esperjenza personali ta’ abbuż sesswali mas-segwaċi tagħha, żgur li ma kinitx ippreparata għal dak li ġara wara…irċeviet messaġġ wara messaġġ b’experjenzi reali u dettaljati ta’ nisa li wkoll esperjenzaw abbuż sesswali u stupru f’ħajjithom. Sa fl-aħħar, ħafna nisa sabu l-kuraġġ jitkellmu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mill-passat b’mod anonimu…esperjenzi ta’ uġiegħ emozzjonali li ħafna drabi jmur lura fis-snin tat-tfulija tagħhom. Uħud minn dawn in-nisa ammettew li kienu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ta’ trawma sesswali mit-tfulija tagħhom għall-ewwel darba f’ħajjithom. Hawn isfel tista’ taqra ftit mill-esperjenzi li dawn in-nisaRead More…

Marion Mifsud Mora unviable pregnancy

Waqt vaganza f’Malta, Marion infaqagħlha l-ilma ta’ 17-il ġimgħa tqala. Hekk kif bdiet tinfetta’ ruħha u l-periklu li titlef ħajjitha beda jżid, it-tobba ħallew kollox f’idejn Alla u rrifjutaw li jwaqqfuli t-tqala. Din hi l-istorja vera ta’ mara li rnexxielha ssalva, u li sal-lum għadha ma tistax tifhem kif f’Malta huwa aktar importanti li twelled tarbija mejta milli ssalva l-omm bil-kura medika neċessarja. “Beda kollox waqt li kont fuq karozza tal-linja sejra lejn il-Belt Valletta – ma binti ż-żgħira li ironikament jisimha wkoll Valetta – dak il-ħin irrealizzajt li xi ħaġa ma kinitx sew. Sbatax-il ġimgħa tqala, kont fuq dik li suppost kellha tkun vaganzaRead More…