Is-Sess Waqt Il-Pandemija
Il-ħajja dan l-aħħar saret pjuttost stramba; f’dak kollu li nagħmlu qed ikollna naddattaw ruħna għall-istess post u spazju. Kull kamra f’darna saret il-post tax-xogħol, ta’ diskussjonijiet, ta’ divertiment, fejn nattendu lekċers, nieklu u nitkellmu. Xi koppji qed jużaw dan iż-żmien biex jerġgħu isaħħu r-relazzjoni tagħhom, u jqattgħu aktar ħin flimkien bħala familja. Madankollu, koppji li diġa’ kellhom xi problemi eżistenti bejniethom mhux isibu dan iż-żmien daqshekk faċli. Ġenituri, speċjalment dawk li għandhom tfal pjuttost żgħar, qed iħabbtu wiċċhom ma sfidi emozzjonali ġodda, kemm dawk li qed jesperjenzaw huma, kif ukoll dawk t’uliedhom. Bl-istess mod li bih il-pandemija affettwatilna kull aspett ta’ ħajjitna, setgħet affettwat ukollRead More…