Xi Jfisser Li Tkun Pro-Choice – Miktuba minn A.S.T.
Li jien ‘pro-choice’ hija xi ħaġa verament għal qalbi, speċjalment bħala mara. Iżda xorta nsibha bi tqila biex nikteb fuq dan is-suġġett għax it-tip ta’ konverżazzjoni għadha mrażżna ħafna f’ pajjiżna u b’hekk nibża’ naqbadha fuq hekk. Din hija problema kbira għax l-unika mod li bih nistgħu nitgħallmu huwa billi nitkellmu b’mod liberu. Mingħajr ebda dubju, il-konverżazzjonijiet u l-opinjonijiet differenti m’għandhomx jieħdu kontroll assolut fuq id-drittijiet riproduttivi tal-mara; l-idea bażika li persuna jkollha kontroll fuq l-awtonomija tagħha għandha dejjem tirbaħ. Ġeneralment, l-argument komuni ta’ dan jisuġġerixxxi li l-fetu huwa persuna għalih (dan huwa argument ieħor fih innifsu u qed nikteb dan mill-perspettiva li l-fetu huwaRead More…