Christianne Marie Galea

Christianne Marie Galea qed issegwi Baċċellerat fl-‘Early Childhood Education and Care’ fil-Fakulta' tal-Edukazzjoni, fl-Universita’ ta’ Malta, li jwassalha biex tilħaq edukattriċi tat-tfal żgħar. Ix-xewqa tagħha hija li toħloq spazju fejn it-tfal tal-klassi tagħha jħossuhom komdi jaqsmu ħsibijiethom u l-emozzjonijiet tagħhom filwaqt li jesprimu ruħhom liberament.

Fil-ħin liberu tagħha, Christinne tħobb toħloq arti billi tuża medji differenti bħal ‘water colours’, ‘acrylic’, lapsijiet tal-kulur u akwarelli. Hija tieħu gost ukoll tisma' l-mużika, tirreċta u tqatta' l-ħin ma ħutha.

Għal aktar informazzjoni dwar Christianne kif ukoll għal lista ta' artikli miktubin minnha agħfas hawn

emergent curriculum

Il-kurrikulu emerġenti huwa approġġ ta’ tagħlim organiku li jgħin fl-iżvilupp ta’ tfal ċkejknin.  Dan l-approġġ, li hu relattivament ġdid u li qiegħed jikber u jevolvi kontinwament, qiegħed jiġi ntrodott mill-għalliema fl-istadji bikrin tat-tfulija. Il-kurrikulu emerġenti jġib il-quddiem il-kollaborazzjoni bejn it-tfal u l-edukaturi, billi jagħtihom vuċi. L-għalliema jiġu mħeġġa jibnu fuq dak li jogħġob lit-tfal u dak li jinteressahom u b’hekk ikabbar fihom ir-rispons. F’dan il-kuntest, l-edukatur jassumi wkoll irwol li bih jiffaċilita l-integrazzjoni, josserva dak li jkun qed jiġri, u jagħti lit-tfal iż-żmien biex jiskopru, jfittxu fil-fond u jkabbru l-kostruzzjoni tat-tagħrif billi jippjanaw l-attivitajiet tagħhom fuq bażi ta’ dak li jinteressa jew dak ukoll liRead More…

world contraception day

Ix-xahar ta’ Settembru huwa magħruf għal ħafna raġunijiet – għal uħud jista’ jkun xahar mimli ansjeta’ u eċitament minħabba l-fatt li sena skolastika ġdida tkun qed toqrob biex tibda għal uliedhom jew għalihom infushom; oħrajn jistgħu jesperjenzaw ċertu emozzjoni melankonika minħabba l-fatt li dan ix-xahar huwa dedikat ukoll għall-għarfien dwar is-saħħa mentali, speċjalment dwar is-suwiċidju. F’Settembru niċċelebraw ukoll ġurnata speċjali oħra – le, ma niċċelebrawx b’festini f’dil-ġurnata, iżda ġeneralment jirnexxilna nakkwistaw aktar informazzjoni dwar neċessitajiet li mhux biss itejbu l-ħajja tagħna sa ċertu punt, iżda wkoll inaqqsu xi ftit mill-ansjetajiet u l-biżgħat tagħna. Is-26 ta’ Settembru huwa il-jum dinji tal-kontraċezzjoni! Forsi se nidher xi ftitRead More…

inspirational women

Persuna t’ispirazzjoni hija xi ħadd li jiġi ammirat, li jispira ħafna nies, u li jingħata stima għolja minn individwi oħra minħabba l-abbilta’ li biha juru passjoni u ispirazzjoni, b’potenzjal li juru sett ta’ valuri ċari u mpenn lejn il-komunita’. ‘Role models’ huma kapaċi jaċċettaw lil kulħadd u jegħlbu l-ostakli mingħajr pretens żejjed. Dawn jistgħu ikunu nies li l-persuna tkun taf personalment jew jista’ jkun ukoll xi ħadd li qatt ma ltaqgħu miegħu, bħal xi persuna famuża. Permezz ta’ dan l-artiklu nixtieq naqsam ma kull wieħed u waħda minnkom lista ta’ nisa li jispirawni, kif ukoll ir-raġuni għala nqishom bħala ‘role models’ tiegħi. Kull mara msemmijaRead More…

fibromyalgia

Ħames snin jista’ jkun li ma jidhrux li huma ħafna, imma f’każ ta’ wġiegħ kontinwu, problemi tal-irqad, emigranja u wġiegħ ta’ ras, kif ukoll problemi fil-proċessi mentali jisgħu ibiddlu dawk il-ħames snin f’eternita’ infernali. Jiena tfajla ta’ 19-il sena u fl-aħħar, wara 5 snin nitlob lit-tobba biex iwieġbuli l-mistoqsijiet tiegħi rigward il-problemi li donnu għandi f’ġismi, ġieni ċ-ċans li nneħħi l-possibilta’ ta’ kundizzjonijiet oħra u nasal għall-konklużjoni li probabbli għandi l-kundizzjoni imsejħa Fibromalġija. Kollox beda 7 snin ilu, meta ddaħħalt l-isptar Mater Dei b’Tachycardia: qalbi kienet qed tħabbat b’rata mgħaġġla ta’ madwar 160 taħbita kull minuta. Din kienet xi ħaġa mhux mistennija. Ma kontx qedRead More…