Jum Internazzjonali Tal-Mara – Għaliex Għandna Bżonn Niċċelebrawh?
Kull sena, eżattament fit-8 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara globalment. Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn mitt sena, eżattament sa mill-1911, u l-għan tagħha hu li tgħaqqad lil kulħadd flimkien għal għan wieħed. F’dil-ġurnata nfakkru l-gwadann soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tal-mara. Barra minn hekk, din il-ġurnata tħeġġiġna wkoll niftakru u naħdmu favur l-importanza tal-ekwalita’ fil-konfront tal-mara. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-istqarrija meta kienet qed tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2021: “Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli. Il-Pandemija COVID-19 ma ħafritha l-ħadd, u swiet ta’ theddida partikolarment għan-nisa kollha madwar id-dinja. Tobba, infermiera, għalliema, negozjanti – xogħolijiet li ta’ spiss huma mfittxija minnRead More…