Ħfirt Lil Dak Li Abbuża Minni…Bżajt Li Joqtolni Jekk Ma Naħfirlux!
Permezz ta’ kitba anonima fuq il-grupp Women for Women (Malta), mara qasmet l-esperjenza tagħha ta’ vjolenza domestika ma narċissist, partner vjolenti li kellha. Ir-realta’ tagħha ħarġet ċara fi kliemha stess: “ħfirt lil dak li abbuża minni għax bżajt li joqtolni jekk ma naħfirlux“. Anita* tifhem il-fatt li xi wħud jistaqsu mistoqsijiet bħal: “Għaliex ċertu nisa jirrapportaw lill-partners tagħhom fuq abbuż imma mbagħad jirtiraw kliemhom u jwaqqgħu il-kawża?” Anita spejgatilna għaliex għażlet li “taħfer” lil dak li abbuża minnha. Sena ilu Anita għaddiet minn esperjenza trawmatika, fejn il-partner tagħha, narċissist, kien kontinwament jigdeb, jibdel u jimmanipula l-fatti b’kapaċita’ assoluta. Sabiex jiġġustifika l-fatt li kien vjolenti fiżikamentRead More…