Dr Natalie Psaila

Dr Natalie Psaila bdiet tistudja għal tabiba fl-Universita' ta' Malta fl-2007. Hija kompliet l-istudji tagħha u akkwistat il-MMCFD u MRCGP (Int) biex laħqet speċjalista fil-Family Medicine fl-2013.

Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar Dr Natalie Psaila kif ukoll għal lista ta' artikli ppubblikati minnha fuq Wham

hair loss why does hair loss happen

“Għaliex qed jaqagħli xagħri?” – Nokkli jew lixx, twil jew qasir, bjonda jew brunette, xagħrna huwa parti mill-identita’ tagħna, u mhux mument sabiħ meta tibda tara li qed titlef xagħrek jew li qed jirqaq. Hemm ħafna raġunijiet għala jaqa’ x-xagħar u ħafna drabi hemm modi li bihom tista’ titratta dil-problema. Għalkemm tajjeb ngħidu li huwa aċċettabbli wkoll li tagħżel li tħallih kif inhu. “Għaliex qed jaqagħli xagħri?” Ix-xagħar jgħaddi minn tlett fażijiet ewlenin: il-fażi tat-tkabbir (li tieħu 3-5 snin), il-fażi intermedjarja (tul ta’ ġimgħatejn) u l-fażi tat-twaqqigħ. F’ċirkustanzi normali nitilfu madwar 50 sa 100 xagħra kuljum. Il-folliċi tax-xagħar jistgħu ikunu fi kwalunkwe fażi mit-tlett fażijietRead More…

women conditions men conditions

Ġisimna jagħtina l-kapaċita’ li nagħmlu li nixtiequ, u għalhekk jagħmel ħafna sens li nieħdu ħsiebu u nżommuh b’saħħtu. Mod wieħed biex tagħmel dan huwa li tagħmel ‘check-ups’ regolarment u żżomm għajnejk fuq sinjali inizzjali ta’ mard partikolari. Ħafna kundizzjonijiet jistgħu jiġu trattati b’mod tajjeb ħafna u xi kultant jistgħu jiġu evitati jekk jinqabdu kmieni. Diġa ħarisna lejn testijiet ġenerali li tista’ tagħmel f’artiklu ieħor li tista’ taċċessa hawn. F’dan l-artiklu se nispjega kif tista’ tiċċekkja lilek innifsek għal kundizzjonijiet speċifiċi kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Eżaminazzjoni tas-Sider Il-kanċer tas-sider jista’ jiġi trattat b’mod effiċjenti meta jiġi identifikat kmieni. Linji ta’ gwida kurrenti jħeġġu lin-nisa jeżaminawRead More…

regular checkup

Ikkunsidra karozza li ma tiġix iċċekkjata regolarment. Ħa taħdem sewwa l-ewwel ftit tas-snin, imma ftit wara tibda tistenna l-problemi mingħajr l-ebda sinjal. Sa ċertu punt, il-VRT jgħin biex jipprevjeni dawn il-problemi. Ħafna minna veru nitħawdu meta l-karozza tiddeċiedi tieqaf taħdem. Bl-istess mod, tista’ timmaġina kemm inħossuna agħar meta nibdew nitilfu s-saħħa minn ġisimna? Check-ups u testijiet jgħinuna nżommu b’saħħitna għal aktar żmien. Jindunaw ukoll b’xi mard li jkun għadu fl-istadji bikrija. Dan ifisser li jekk ikun hemm trattament neċessarju jibda qabel, u b’hekk jipprevjeni l-marda milli tilħaq stadju nkontrollabbli. Ċerti kundizzjonijiet jistgħu jiġu misjuba b’eżaminazzjoni, filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn xi tip ta’ investigazzjoni oħra.Read More…

smoking cessation

Daħlet mara fil-klinika tiegħi b’taħlita ta’ rwejjaħ. Stajt inxomm it-tewm, ‘chewing gum’ u riħa tfuħ tal-fjuri. Naħseb rat il-ħarsa mimlija mistoqsijiet tiegħi għax qaltli, “Tabiba, sigriet. Tgħidx lir-raġel imma ġimgħa ilu erġajt bdejt inpejjep.” Kienet waqfet għal sena. Imma waqt ikla ma’ kollegi tagħha, gawdew ftit tipjip u dlonk reġgħet bdiet tixtri s-sigaretti. Din hija storja komuni ma’ ħafna, u bħal ma tħobb tgħid il-furnara lokali tiegħi filwaqt li tbaxxi rasha: “L-aħjar li qatt ma tibda!” Studji riċenti juru li 20% tal-popolazzjoni f’Malta jpejjpu, bl-irġiel fost l-aktar li jpejjpu minn nisa. Filwaqt li fl-istatistika naraw li Malta hija ftit ‘il fuq mill-medja tal-Unjoni Ewropea, in-numriRead More…

anxiety during a pandemic

Kollha kemm aħna għaddejna minn żmien pjuttost stramb dan l-aħħar. Ħajjitna bħal waqfet ħesrem u kollox donnu nqeleb ta’ taħt fuq. Ġejna mistennija naddattaw malajr l-attivitajiet ta’ kuljum tagħna taħt kundizzjonijiet totalment differenti, kif ukoll naċċettaw irwoli li qatt ma konna għexna qabel. F’ daqqa waħda, familji bit-tfal ġew mitluba jaddattaw għal irwol ta’ ‘carer’ u għalliema 24/7 mingħajr l-ebda sapport. Dan kien pass problematiku għax kif ngħidu bl-ingliż, “it takes a village to raise a child”. Dawk li jaħdmu kellhom ikomplu xogħolhom mid-dar, possibilment bit-tfal id-dar magħhom. Xi wħud raw il-post tax-xogħol jagħlaq il-bibien tiegħu b’ mod indefinit. Persuni vulnerabbli spiċċaw maqbuda fi djarhom,Read More…

pre pregnancy advice

Kemm hu żmien ta’ ferħ u eċitament iż-żmien fejn tkun qed tippjana żieda ta’ tarbija fil-familja! Iżda tajjeb ngħidu li hemm xi ftit affarijiet li tajjeb tikkonsidra biex taċċerta ruħek li kemm inti kif ukoll is-sieħeb tiegħek tkunu fl-aqwa saħħa possibbli qabel tidħlu f’ din il-fażi. Ejjew naraw modi faċli li bihom tistgħu tassiguraw dan: Dieta Id-dieta tagħkom għandha tkun ibbażata fuq frott u ħxejjex friski. Vera li dan forsi jirrikjedi sforz akbar, pero huwa ta’ benefiċċju kbir li l-ikel li tiekol ikun magħmul frisk. B’hekk inti tkun tista tassigura ruħek li qed tieħu l-vitamini, proteini u karboidrati kollha neċessarji. Żomm kemm tista l-bogħod minnRead More…