Esperjenzi Vera

GBS Awareness Group B Streptococcus Disease

“Ħassejtni fis-seba’ sema hekk kif kont qed nitpaxxa nħares lejn it-tarbija tiegħi…ma kellix idea li fi ftit tal-ħin kont se nirċievi aħbar daqstant xokkanti! Il-GBS qalbitilna ħajjitna ta’ taħt fuq…” Bħala omm għaddejt minn trawma. Din hija l-istorja tiegħi.  Fit-3 ta’ Diċembru 2019 eżatt fl-4:05 ta’ filgħodu, żewġi u jien ilqajna lil bintna għall-ewwel darba – tarbija tassew sbejħa. It-tnejn li aħna konna ferħanin se ntiru! Imma fl-istess ħin konna qisna għadna f’ħolma, għax it-tifla ċkejkna tagħna kienet waslet 4 ġimgħat qabel id-data mistennija.  Ir-rigal tal-Milied kien ingħatalna kmieni dik is-sena – iżda xejn ma konna nafu dak li kien hemm lest għall-familja tagħna! FilwaqtRead More…

preimplantation genetic diagnosis

Jiena mara maltija ta’ 38 sena li ngħix barra, fil-bidu kelli djanjożi t’ infertilità mingħajr spjegazzjoni meta kelli 33 sena u ta’ 37 kelli djanjożi ta’ endometrijożi, li tat ir-raġuni għall-intertilità.  Mill-vjaġġ twil tal-IVF (in vitro fertilization) li għaddejt minnu, nixtieq nagħti ftit dawl għaliex huwa kruċjali li jiġi ttestjat l-embrijun – dan il-proċess mediku hu magħruf bħala Preimplantation Genetic Diagnosis PGD. (Djanjosi Ġenetika Qabel l-Impjantazzjoni). Sfortunatament, l-ittestjar tal-embrijun bħalissa mhux disponibbli f’ Malta. L-ewwelnett, minħabba li kont fi stadju 4 tal-endometrijożi li kienet mifruxa mal-utru u l-ovarji, kont biss nipproduċi massimu ta’ tlett bajdiet f’kull ċiklu, u dan biss meta kont stimulata u għalhekkRead More…

separazzjoni

Illum infakkar 10 snin minn kemm l-istituzzjonijiet fil-każ tiegħi ma ħadmux. Bħal lum 10 snin ilu, b’ self esteem f’miljun biċċa, jien għamilt il-kuraġġ u ħadt l-ewwel pass biex nitlaq minn relazzjoni abbużiva. Irnexxieli nagħmel kuntatt ma’ avukat u bagħat l-ewwel ittra lir-raġel biex nibdew proċeduri ta’ separazzjoni, idealment b’mod bonarju. Mhux se nidħol fid-dettalji tal-każ għaliex għadu pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja imma ma nistax nibqa’ aktar siekta fuq id-dewmien esaġerat f’kawżi ċivili u kif dan id-dewmien mhux biss ikompli jivvittimizza lill-vittmi imma wkoll ineżżagħhom minn kull dinjità u mid-dritt li jgħixu ħajja sana. Ftaħna medjazzjoni li damet tkaxkar 11-il xahar. Min hu midħla fil-qasamRead More…

dear mum

Għażiża Ommi, Għalkemm ilek ħafna li ħallejtni għadni qed nesperjenza diversi emozzjonijiet sal-lum il-ġurnata. Qed inħoss il-bżonn li nneħħi dan it-toqol kollu li għandi ġewwa fija anke jekk inti ma tistax taqra’ dan li nixtieq ngħidlek. Għaliex ma kontx iżżiegħel bija meta kont nibki? Għaliex dejjem imbuttajtni minnek? Qatt ma niftakrek tgħannaqni jew tbusni, anke bħala tifla ċkejkna. Kelli bżonnok ma, imma qatt ma tajt kas il-bżonnijiet emozzjonali tiegħi. Kont tirrakkontali stejjer sbieħ dwar Ġesu’, iżda kont ukoll issemmili x-xitan ta’ spiss. Kont nitwerwer kull meta kont nagħmel xi ħaġa ħażina ta’ tfal li kont għax kont naf li kont se npatti għaliha b’ xebgħa…uRead More…

unknown father unrecognised mother in police conduct

Riċentament omm imbikkma kkuntattjat lill-amministratriċi tal-grupp Women for Women (Malta), Francesca Fenech Conti, dwar sitwazzjoni xokkanti li esperjenzat hekk kif marret tiġbor kondotta tal-pulizija għal binha…binha, li kellha trabbi waħedha minħabba li missieru rrifjuta li jerfa’ xi tip ta’ responsabbilta’ tiegħu, u li għalhekk irreġistratu b’ ‘missier mhux magħruf’ (unknown father). Anke jekk dan ix-xokk u l-uġigħ emozzjonali li esperjenzat kienu kbar, din l-omm ħalfet li taħdem biex tara l-ġustizzja sseħħ permezz ta’ tibdil neċessarju f’dan ir-rigward. Din hija l-istorja tagħha… Il-Ħajja f’Soċjeta’ Patrijarka – L-esperjenza Ta’ Omm Minħabba ‘Missier Mhux Magħruf’ Mill-politiċi u l-attivisti kollha li kkuntattjat s’ issa, Francesca kienet l-unika waħda liRead More…

i forgave my abuser

Permezz ta’ kitba anonima fuq il-grupp Women for Women (Malta), mara qasmet l-esperjenza tagħha ta’ vjolenza domestika ma narċissist, partner vjolenti li kellha. Ir-realta’ tagħha ħarġet ċara fi kliemha stess: “ħfirt lil dak li abbuża minni għax bżajt li joqtolni jekk ma naħfirlux“. Anita* tifhem il-fatt li xi wħud jistaqsu mistoqsijiet bħal: “Għaliex ċertu nisa jirrapportaw lill-partners tagħhom fuq abbuż imma mbagħad jirtiraw kliemhom u jwaqqgħu il-kawża?” Anita spejgatilna għaliex għażlet li “taħfer” lil dak li abbuża minnha. Sena ilu Anita għaddiet minn esperjenza trawmatika, fejn il-partner tagħha, narċissist, kien kontinwament jigdeb, jibdel u jimmanipula l-fatti b’kapaċita’ assoluta. Sabiex jiġġustifika l-fatt li kien vjolenti fiżikamentRead More…

Ma nistax nieħu nifs … Dak huwa l-ħsieb ewlieni li jiġini f’moħħi kull darba li nesperjenza attakk ta ansjeta‘. Imbagħad inħoss sidri jingħafas, qalbi taħrab, ġismi jibda jirtogħod, ma nkunx nista’ niffoka u nesperjenza l-agħar sensazzjoni ta’ biża. Dak il-ħin, id-dinja tieqaf iddur. Imbagħad infakkar lili nnifsi biex nerġa nibda nieħu n-nifs sew … nifsijiet bilmod waqt li ngħannaq lili nnifsi – ġest li jgħinni nħossni aktar sigura … imbagħad nibda nerġa niffoka ftit ftit. Niftaħ għajnejja li jkunu laħqu mtlew bid-dmugħ u nkun nista’ nerġa nara d-dinja ta’ madwari. Bilmod il-mod kollox jibda jaqleb għall-aħjar u minn hemm jirnexxili nħalli l-attakk t’ansjeta’ warajja, uRead More…

aftermath of a narcissist

Bħalissa ninsabu fl-istaġun marbut mal-Milied, u għal ħafna nies dan l-istaġun huwa meqjuż bħala l-istaġun ta’ l-imħabba, ferħ u prosperita’. Imma sfortunatament dan mhux applikabbli għal kulħadd…għal min hu bħali, it-tiżjin u d-dawl iteptep fost il-kanzunetti ferħana jidwu matul it-toroq iservu bħala vjaġġ mentali lejn il-passat fejn kont niġi trattata ta’ żibel…żmien fejn kont taħt kontroll assolut ta’ narċissist, u l-agħar ħaġa dwar dan kienet li ma stajt nagħmel xejn biex noħroġ mill-morsa li kont spiċċajt fiha. Kien irnexxielu jaqtagħni kompletament minn mal-familja u l-ħbieb tiegħi, u għalhekk kont nemmen li ma kelli l-ebda mod li bih stajt nitlob l-għajnuna…u onestament, anke kieku kelli ċansRead More…

child maintenance

Il-bieraħ irċevejt messaġġ emozzjonanti mingħand ħabiba tal-qalb tiegħi – omm ta tlett’ itfal, mara li ili naf għal aktar minn għaxar snin. Waqt il-konverżazzjoni li kellna aktar tard ma felħitx iżżomm id-dmugħ għat-tortura li l-ex tagħha, missier binha ż-żgħir, għadu qed jgħaddiha minnha. Iżda l-aktar ħaġa li tweġġagħha f’din ir-realta’ hija li l-Qrati tal-Ġustizzja tagħna donnhom iħobbu jissapportjaw missirijiet li jibqgħu jittormentaw u jkissru lill-ex maħbubin tagħhom permezz ta’ nuqqas t’azzjoni, anke fejn ikun hemm evidenza ċara t’inġustizzja u gideb bla waqfien minn naħa tal-missier. Din hi Sonia*, li aċċettat li taqsam l-esperjenza personali tagħha bit-tama li jsir tibdil fis-sistema ġudizzjarja tagħha b’relazzjoni mal-liġijiet tal-mantenimentRead More…

landlords refuse rent to single mother

Dan l-aħħar aktar u aktar nisa qed jitkellmu dwar sitwazzjoni komuni li qed jiltaqgħu magħha bħala ‘single mothers’ meta jkunu qed ifittxu biex jikru appartament. Filwaqt li ċertu sitwazzjonijiet bħal żidiet drastiċi fl-ammont tal-kera għadhom l-istess, iltqajna ma Tina* li qaltilna li qed tesperjenza dik li tidher li hi diskriminazzjoni speċifikament immirata lejn ‘single mothers’. Tina* kienet qed toqgħod f’appartament bil-kera għall-aħħar sena, u kull xahar ħallset il-kera u l-kontijiet relatati fil-ħin u bla ebda problemi. U filwaqt li fil-perjodu tal-‘lockdown’ ħafna mis-sidien ta’ postijiet bil-kera naqqsu l-prezzijiet tagħhom, Tina* baqgħet tħallas l-ammont kollu bla tgergir. Madankollu, is-sid tal-post issa ddeċieda li minħabba li l-kuntrattRead More…