Aħbarijiet

Kull sena, eżattament fit-8 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara globalment. Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn mitt sena, eżattament sa mill-1911, u l-għan tagħha hu li tgħaqqad lil kulħadd flimkien għal għan wieħed. F’dil-ġurnata nfakkru l-gwadann soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tal-mara. Barra minn hekk, din il-ġurnata tħeġġiġna wkoll niftakru u naħdmu favur l-importanza tal-ekwalita’ fil-konfront tal-mara. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-istqarrija meta kienet qed tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2021: “Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli. Il-Pandemija COVID-19 ma ħafritha l-ħadd, u swiet ta’ theddida partikolarment għan-nisa kollha madwar id-dinja. Tobba, infermiera, għalliema, negozjanti – xogħolijiet li ta’ spiss huma mfittxija minnRead More…

Machination

Il-Fotografa Fran Stivala teħodna wara l-kwinti fil-ħolqien ta’ servizz fotografiku għall-poster tal-film, ‘Machination’. Raġġ qawwi ta’ dawl irradjat minn tieqa żgħira u għolja ġewwa mezzanin li jservi wkoll ta’ studjow fl-Imgarr, fejn kien se jittieħed ir-ritratt għall-film ‘Machination’. Kien qisu bħallikieku qed jolqot element; it-tieqa kellha titgħatta sabiex jittieħed dan ir-ritratt partikulari, għax id-dawl ambjentali kien ukoll meħtieġ. Il-film huwa tat-tip ‘thriller’ psikoloġiku li jsegwi it-tgħaqid imdallam tal-moħħ tal-protagonista prinċipali, Maria, parti maħduma mill-attriċi Steffi u l-battalja tagħha biex tgħelibhom waqt li tkun itturufnata waħedha d-dar waqt pandemija. Machination jagħti ħarsa lejn il-mard mentali mhux djanjostikat u l-effett tiegħu fuq ħajjiet in-nies. Ivan Malekin uRead More…

online purchases

Ix-xiri online jista’ jkun pjuttost konvenjenti, speċjalment waqt dan iż-żmien li qed ngħixu fih. Hawn għandek issib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar xiri online u l-ġimgħatejn ‘cooling off period’ – dritt tal-konsumatur… B’ daqstant prodotti mixtrija u mibjugħa online f’dawn iż-żminijiet, aħna ta’ wham ħsibna li jkun tajjeb li nfakkru l-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom, kif ukoll lill-bejjiegħa dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom. Affarijiet mixtrija online jew minn fuq it-telefon, kemm lokalment kif ukoll minn fornituri barranin huma suġġetti għal dak imsejjaħ ‘two-week cooling off period’. Dawn il-ġimgħatejn jibdew mill-ġurnata li fihom il-konsumatur jirċievi l-prodott. Dan ifisser li x-xerrej għandu d-dritt jirritorna l-prodott mixtri fiRead More…

cystic fibrosis malta mandy vella

Il-Fibrożi Ċistika (Cystic Fibrosis) hija kondizzjoni ġenetika li tikkawża ġmiegħ ta’ mukus fil-pulmun u fis-sistema diġestiva, li jwasslu għal infezzjonijiet fil-pulmun u jikkaġunaw diffikultajiet fis-sistema diġestiva.  Is-sintomi komuni jibdew juru l-preżenza tagħhom fil-bidu tat-tfulija u jaggravaw maż-żmien minħabba l-ħsara fil-pulmun u fis-sistema diġestiva li sfortunatament iwasslu għal aspettattiva ta’ ħajja relattivament iqsar. L-effetti tal-Fibrożi Ċistika jitnaqqsu b’kura adattata li ġġib magħha għixien aħjar. Evidenza xjentifika uriet li t-Trikafta (magħrufa aħjar bħala Kaftrio fl-Ewropa) ikollha impatt pożittiv fuq pazjenti b’Fibrożi Ċistika, għax ittejbilhom il-funzjoni tal-pulmun b’14% (Cystic Fibrosis Trust). L-iżvantaġġ iżda hu li din il-mediċina tiġi bi prezz għoli ħafna u għalhekk tagħmilha mpossibbli għal dawk liRead More…

women in poverty

In-nisa qed jitqabdu battalja l-ħin kollu.  Matul is-snin, it-taqbida tagħna issawwret madwar aspetti soċjali varji; minn ġlieda għad-dritt tal-vot, għat-taqbida kontra d-diskriminazzjoni, vjolenza u femminiċidju; sa taqbid soċjali, inkluż id-dritt għall-ħlas ugwali bħall-irġiel għal xogħol tal-istess valur u rappreżentazzjoni ugwali f’bordijiet, fil-Parlament u f’pożizzjonijiet ewlenin ta’ tmexxija. Wieħed mill-pilastri tal-Agenda tan-Nazzjonijiet Uniti huwa l-ġlieda kontra l-faqar.  Ma nistgħux ma nagħrfux l-avvanz sew lokali u internazzjonali meta nqisu l-kwalita’ tal-ħajja, imma xorta hija realta’ li għad hawn nies li qegħdin viċin il-marġni tal-linja tal-poverta’ u li f’xi każi, in-nisa huma aktar propensi lejn il-faqar.  Kien rappurtat min Nazzjonijiet Uniti fl-2015, li n-nisa kienu l-aktar esposti għall-faqarRead More…

Nickie Vella De Fremaux Gender Quotas

Dil-ġimgħa waqt dibattitu fuq il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, l-avukata Nicki Vella De Fremaux attakkat is-sitwazzjoni politika meta qalet li l-kwoti tal-ġeneru huma “insulti” lejn in-nisa. Biex inkunu preċiżi, hija qalet: “Ma rrid lil ħadd jagħtini siġġu fil-parlament jew xogħol ieħor minħabba l-fatt li jien mara, għax li tużagħni biex timla l-kwota nqisu bħala nsult”. Ironkament, il-kummenti ta’ De Fremaux intqalu fl-istess xahar li fih persuna ta’ 19-il sena ġie mogħti siġġu fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Finanzi f’Malta. Dan iż-żagħżugħ, li għadu lanqas iggradwa mill-Universita’, ġie mogħti pożizzjoni kruċjali li normalment tiġi mogħtija biss lil dawk li jkollhom snin t’esperjenza. Aqta’ x’ġeneru jidentifika miegħu dan iż-żagħżugħ? Eżatt! DanRead More…

Malta Sexual Health Policy

Maya Spiteri Dalli hija studenta tal-liġi fl-Universita’ ta’ Malta. Bħala membru tal-GħSL kellha rwol sinifikanti fil-kreazzjoni ta’ dokument nazzjonali favur l-ugwaljanza bejn is-sessi. Apparti minn hekk, dan jisħaq favur il-legalizzazzjoni tal-abort, aċċess b’xejn għal prodotti kontraċettivi, u riforma kompleta ta’ l-istrateġija nazzjonali dwar is-saħħa sesswali. Din l-istrateġija ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna f’pajjiżna minħabba li hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip, kif ukoll minħabba li hija pass sinifikanti fl-istorja legali f’pajjiżna dwar id-drittijiet tan-nisa. Tkellimna ma Maya li spjegatilna l-proċess kollu tal-kreazzjoni ta’ dan id-dokument, l-irwol tagħha fil-kreazzjoni tiegħu, kif ukoll dwar dak li tittama li dan id-dokument jista’ jibdel f’Malta. X’inhu l-irwol tiegħek fil-GħSL? GħidliRead More…

Helena Dalli speech abortion ban Poland

Helena Dalli ġiet irrekordjata tagħti diskors dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-Polonja rigward is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati. Dan id-diskors ingħata bħala reazzjoni għall-inforzar riċenti tal-liġi proposta li tinnega l-abort lin-nisa li jkunu qed iġorru tqala mhux vijabbli. Preżentament il-liġi dwar l-abort fil-Polonja tinnega sa 98% tal-proċeduri abortivi, li minħabba fihom il-Polonja hija meqjusa bħala wieħed mill-ftit pajjiżi b’liġijiet relatati ristrettivi ħafna. Helena Dalli tkellmet dwar l-importanza tas-saħħa sesswali, il-kostituzzjonalita’ tal-liġijiet li ġew imposti fil-Polonja, u d-dritt li persuna tingħata kura tas-saħħa riproduttiva ta’ kwalita’. Filwaqt li dan id-diskors hu ta min ifaħħru minħabba r-realta’ li hu bbażat fuqha, ma nistgħux ma ninnutawx l-ommissjoni totaliRead More…

decriminalisation of abortion

Bħalkom trabbejt Malta u kont kontra dekriminalizzazzjoni tal-abort. Għadni niftakar meta kont ngħix Londra lejn l-aħħar tas-snin 80 u ltqajt ma’ ħabiba ta’ ħabiba tiegħi li qalet li kienet għamlet abort. Kont ħassejtni xxukkjata, ma stajtx nifhem kif xi ħadd jista’ jasal joqtol it-tarbija tiegħu stess. Niftakar li kont nara dibattiti fuq programmi televiżivi Ingliżi dwar iż-żmien li fih hu kkunsidrat li jista’ jsir abort; kienu jiddibattu jekk l-abort għandux ikun legali sa 12 il ġimgħa jew aktar. Dan ukoll kien xokkanti għalija; għalija ħajja fil-ġuf kienet tarbija sa mill-ewwel ġurnata tat-tqala. Għalija qatt ma kellu  jkun hemm diskussjoni fuq in-numru ta’ ġimgħat. L-abort kienRead More…

women's wishes women for women foundation

Women for Women Foundation 28.11.2020 PRESS RELEASE- B’Effett Immedjat Il-‘Women for Women Foundation’ tniedi l-kampanja ‘Women’s Wishes’ Il-‘Women for Women Foundation’, grazzi għall-inizjattiva ġdida tagħha ‘Women’s Wishes’, qed tittama li tiġbor €5,000 f’fondi biex bihom fil-Milied li ġej tferraħ nisa li għaddejjin minn żminijiet diffiċli. “Aħna n-nisa kollha nafu li kull meta jinqalgħu id-diffikultajiet f’ħajjitna nispiċċaw niċċaħħdu aħna għax inpoġġu lill-uliedna l-ewwel u qabel kollox, inkluż qabilna. Għalkemm ma ngergrux dwar dan, xorta nbagħtu mill-istress relatat mas-sitwazzjoni, u dan iħalli mpatt negattiv fuqna.” saħqet il-fundattriċi tal-Fondazzjoni, Francesca Fenech Conti. ‘Women’s Wishes’ tittama li tikkuntenta lil dawk in-nisa li ta’ spiss iħallu lilhom infushom għall-aħħar, liRead More…