Is-Sindromu ta’ Qabel il-Menstrwazzjoni PMS – Fenomenu Femminili Mhux Mifhum
PMS, is-sindromu ta’ qabel il-menstrwazzjoni, il-frażi mhux mifhuma li ilha twassal lil bosta nisa jitqiesu bħala isteriċi. Il-frażi li ħafna jużaw biex jisvalutaw l-uġiegħ u l-iskumditezza li ħafna nisa jkollhom jissaportu kemm qabel, waqt, kif ukoll wara l-menstrwazzjoni. L-inizzjali PMS – Premenstrual Syndrome, li jirreferi għas-sindromu ta’ qabel il-menstrwazzjoni, huwa essenzjalment taħlita ta’ sintomi li ammont kbir ta’ nisa jesperjenzaw minn ġimgħa sa ġimgħatejn qabel il-menstrwazzjoni. Dawn is-sintomi jinkludu għajja, dipressjoni, burdati, tenerezza fis-sider, irritabilita’ u aptit ta’ tnaqqir żejjed ta’ ikel. Il-lista tas-sintomi hija waħda vasta u l-intensita’ tvarja, iżda tibqa’ komuni. Fil-fatt taffettwa madwar tlieta minn kull erbgħa nisa li jkollhom il-menstrwazzjoni (skondRead More…