Naffaċċjaw il-Ġlieda Flimkien – Kampanja Għall-Kuxjenza Dwar Il-Kanċer Tas-Sider
F’dan ix-xahar t’Ottubru, Toly qed jikkollaboraw mal-Fondazzjoni ‘Women for Women’ għall-kampanja annwali Toly Thinks Pink, inċentiva sabiex titqajjem kuxjenza u jinġabru l-flus mill-bejgħ tal-‘compacts’ tal-‘blusher’ ta’ Toly, li huma disponobbli f’erbgħa kuluri. Toly huma appassjonati dwar l-iżvilupp ta’ modi ġodda biex jgħaqqdu u jispiraw lin-nisa sabiex ikunu nvoluti, billi jsibu mezzi ġodda ta’ għajnuna ħalli jaffaċċjaw il-ġlieda u jissapportjaw gruppi vulnerabbli – persuni li qed isofru mill-kanċer tas-sider u li bħalissa qed jaffaċċjaw id-doppju tar-riskji u vulnerabbilta’, f’nofs il-pandemija tal-‘coronavirus’. Il-fondazzjoni ‘Women for Women’ hija organizzazzjoni ‘non-profit’ fuq Facebook, li għandha aktar minn 37 elf mara li jinkuraġixxu u jissapportjaw lil xulxin, u li riċentamentRead More…