‘Mesotherapy’ – Trattament Li Jsaħħaħ Il-Ġilda u Jipproduċi Riżultat Naturali
Ġilda żagħżugħa, radjanti u b’saħħitha – xi ħaġa meqjusa qaddisa fl-industrija tal-estetika medika. Imma kif nistgħu nilħquha? U kif nistgħu inżommuha? Soluzzjoni effettiva hija il-‘mesotherapy’, trattament li oriġina fi Franza fl-1950 u li f’dawn is-snin laħqet popolarita’ madwar id-dinja bħala proċedura speċjalizzata. ‘Mesotherapy’ hija magħrufa wkoll bħala ‘biorevitalization’ jew “titjib” fil-ġilda. Hija trattament effettiv u sempliċi mmirat għal ġilda matura u li tagħti riżultati naturali essenzjalment bla ebda waqfien. Ejjew naraw x’inhi l-‘mesotherapy’ u kif taħdem, filwaqt li nesploraw ukoll xi kunċetti żbaljati dwarha. Kif taħdem il-‘Mesotherapy’? Il-formoli tal-‘mesotherapy’ ġeneralment jinkludu kombinazzjoni ta’ aċidu ‘hyaluronic’ (HA), ‘polypeptides’, vitamini, minerali u ingredjenti approvati oħra. Dawn humaRead More…