Maskne – L-Akne l-Ġdida Kkawżata Mill-Maskra Li Tipproteġik Mill-COVID-19
Aħna ta’ Wham staqsejna lill Dr Charmaine Apap fuq Maskne… F’xogħli qed jiżdiedu ħafna konsultazzjonijiet ma’ pazjenti (nisa u rġiel) li qed jaraw l-akne ħabba l-użu ta’ maskri għal żmien twil. Dan qed jiġri f’nies li qatt ma kienu esperjenzaw l-akne qabel, kif ukoll qed tiggrava s-sitwazzjoni anke f’dawk li kienu diġà suxxettibbli għall-problema. Tant kemm hawn nies madwar id-dinja li qed ibagħtu minn din il-problema, li nħalqet it-terminoloġija ‘Maskne’. Il-‘Maskne’ hija kkawżata mis-sħana, frizzjoni u okklużjoni li tiżviluppa taħt il-maskra (fil-fatt huwa tip ta’ akne okklussiva msejħa “acne mechanica“). Dan huwa aggravat aktar bl-umdità (permezz ta’ għaraq, nifs u taħdit) u żejt, li huwaRead More…