Anna Catania

Anna Catania (MCouns PG Dip fit-Terapija dwar il-Psikosesswalita’ u r-Relazzjonijiet. Anna hija ‘counsellor’ specjalizzata fuq is-sesswalita’ u r-relazzjonijiet. Hija tipprovdi pariri lill-individwi u koppji li qed jesperjenzaw problemi bis-sesswalita’, relazzjonijiet u intimita’.

Għal aktar informazzjoni dwar Anna kif ukoll lista ta' artikli miktuba minnha fuq Wham agħfas hawn

sexually transmitted infection

Sa ftit tas-snin ilu f’Malta l-edukazzjoni sesswali kienet immirata biex tbeżża’ aktar milli tinforma. L-enfasi tas-suġġett fil-kurrikulu kien iffokat fuq l-astinenza u l-evitar tal-konċepiment. Illum dan donnu qed jinbidel, u ninsabu resqin lejn idea aktar komprensiva dwar l-edukazzjoni sesswali, fejn iż-żagħżagħ qed jingħataw informazzjoni, ħiliet, attitudnijiet u valuri sabiex bihom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet aħjar fil-konfront tas-saħħa sesswali tagħhom u tal-partners. Huwa mportanti li ngħallmu l-uliedna dwar il-kontraċezzjoni, sess bla periklu, għoti u ingħatar ta’ kunsens sesswali, u l-importanza tal-pjaċir sesswali. Bħala sex therapist nista’ ngħid li waħda mill-aktar diffikultajiet regolari li niltaqa’ magħhom fil-klinika tiegħi hija n-nuqqas t’informazzjoni dwar kif jaħdem il-ġisem, kemm psikoloġikamentRead More…

internet porn use

Fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet, l-eqreb li ġejna tal-porn kien permezz ta’ produzzjonijiet simili għal ‘Colpo Grosso’ fuq it-televiżjoni Taljana jew Siċiljana, jew jekk forsi kont taf ċertu persuni stajt tiddobba kopji tal-Playboy magazine jew tfittex it-tfajliet fuq il-paġna numru 3 fuq The Sun. Fil-fatt, f’Malta l-pornografija flimkien ma materjal oxxen kien illegali sas-sena 2016, anke jekk dirett lejn udjenza adulta. Sa l-aħħar tas-sena 2011, il-Qorti tal-Appell Kriminali f’Malta ikkonfermat kundanna kontra films pornografiċi li kienu qed jiġu murija s-City Lights Theatre fil-Belt Valletta. Madankollu, fl-2015, il-Ministru tal-Ġustizzja Soċjali ta’ dak iż-żmien, Owen Bonniċi, beda jaħdem fuq leġiżlazzjoni li servizzi marbuta ma arti u divertiment għall-adulti jiġuRead More…

miscarriage

F’kitba fuq Facebook fl-2015, Mark Zuckerberg qal li korriment huwa esperjenza ta’ solitudni li tesperjenza waħdek. Hu qal dan il-kliem hekk kif hu u martu kienu qed jistennew tarbija wara tlett korrimenti. F’dak iż-żmien, din il-kitba rċeviet 1.7 miljun ‘like‘ u l-koppja ġiet imfaħħra talli tkellmet b’mod apert dwar suġġett daqshekk diffiċli. Ir-riċerka turi li l-korriment huwa l-aktar kumplikazzjoni komuni tat-tqala. Tqala minn kull erbgħa tintilef f’korriment. Din it-telfa tista’ tħalli effetti devastanti kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa li jesperjenzawha. Sfortunatament, fil-maġġoranza tal-kulturi, korriment għadu meqjuż bħala suġġett tabu’. Dan narawh ċar fil-fatt li l-koppji ta’ spiss jingħataw parir biex ma jħabbrux tqala ġdida mal-familjariRead More…

sex intimacy and relationships

Il-menopawsa hija assoċċjata ma ħafna bidliet li jistgħu jaffettwaw il-ħajja sesswali tal-mara. Per eżempju, livelli baxxi tal-ormoni jistgħu inaqqsulek l-aptit tas-sess jew inixfulek u jraqqulek il-muskolu tal-vaġina, u dan jirriżulta f’sess skomdu. Irritabilita’ għolja u stress huma komuni f’dan il-perjodu, filwaqt li l-irqad jista’ jiġi affetwat b’għaraq li jiġi maħluq mill-ġisem kif ukoll fwawar kbar ta’ sħana. Madankollu, is-sess u l-intimita’ waqt u wara l-menopawsa ma jirriflettux biss telfa. Riċerki u studji li ffukaw fuq dan iż-żmien partikolari fil-ħajja tal-mara indikaw li l-menopawsa tista toħloq opportunijiet biex mara tikber bħala persuna, tfieq, kif ukoll tesperjenza aktar gost u pjaċir waqt is-sess. Mara tista’ tesperjenza aktarRead More…

gender sexual and relationship diversity

Ftit ġimgħat ilu rċevejt dal-messaġġ mingħand kollega u ħabiba tiegħi, messaġġ dwar is-suġġett tad-diversita’ sesswali, tipi ta’ relazzjonijiet differenti u l-identita’ tal-ġeneru: “Qed ninnota li t-tfajliet f’dawn l-aħħar snin donnhom qed ibagħtu biex jifhmu s-sesswalita’ tagħhom: jekk humiex eterosesswali, omosesswali, bisesswali, asesswali, pansesswali jew demisesswali…termini li personalment qatt ma kont nisma’ u qatt ma kont naf dwarhom meta kont f’żogħżiti. Xi kultant naħseb li forsi l-edukazzjoni sesswali li t-‘teenagers’ qed jingħataw l-iskola tista’ tkun qed iżżid l-istress fuqhom għax iħossu bżonn li jikkonformaw ma xi tip ta’ sesswalita’. Binti taf fiċ-ċert li jien naċċettaha u nkun hemm għaliha, hi x’inhi l-identita’ sesswali tagħha, iżda ilhaRead More…

experiencing loss and grief

It-telfa u n-niket li nistgħu nesperjenzaw f’relazzjoni intima tagħna kapaċi jkunu diffiċli ferm. Li ttemm relazzjoni intima hija difficli, anke meta nkunu aħna stess li nieħdu din id-deċiżjoni. It-telfa tal-preżenza fiżika tal-persuna, it-telfa tar-rutina, it-telfa tal-esperjenzi flimkien u wkoll xi kultant, it-telfa ta’ memorji sbieħ… Ħafna drabi meta nitilfu persuna li kienet importanti f’ħajjitna nistgħu ninsew il-problemi u d-diffikultajiet li wassluna għal dik d-deċiżjoni u niffukaw fuq dak li kien tajjeb biss. Għall-ewwel jiem, ġimgħat u anke xhur wara s-separazzjoni, nistgħu nesperjenzaw bħal donnu vojt ġewwa fina, jew toqol u dell tqil li jsegwina kull fejn immorru. It-telfa twassal għal uġiegħ emozzjonali u għalhekk huwaRead More…

anorgasmia

Anorgażmija hija l-kelma relatata mal-inabbilta’ li tilħaq l-orgażmu waqt is-sess jew stimulazzjoni sesswali. Xi kultant nużaw il-frazi “ma rnexxielix niġi” jew “ma naħsibx li orgażmajt” wara attivita’ sesswali mas-sieħeb jew sieħba tagħna. Fl-esperjenza klinika tiegħi, in-nisa jesperjenzaw distress meta ma jorgażmawx minħabba l-biża’ li għandhom xi ħaġa ħażina jew li ġisimhom ma jkunx qed jiffunzjona sew. Madankollu, studju riċenti jindika li fil-maġġoranza tal-każi ta’ anorgażmija, il-problema ma tkunx waħda bijoloġika. Dan l-istudju jindika li r-raġunijiet li persuna ma torgażmax huma varji u jistgħu jinkludu stress u ansjeta’, nuqqas ta’ ħin allokat għal pjaċir waqt is-sess, mistħija u problemi relatati ma ‘body image’, nuqqas ta’ tqanqilRead More…

what to do on christmas day

Għadek m’intix ċerta dwar kif tista’ tqatta’ il-ġurnata tal-Milied speċjalment bħalissa waqt din il-pandemija tal-COVID19? Jekk se tqatta’ dan il-perjodu festiv waħdek jew se tkun aktar kwieta mis-soltu, ikkunsidra xi wħud minn dawn is-suġġerimenti t’hawn taħt li jistgħu ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa emozzjonali u soċjali tiegħek… Ninsab nikteb dan l-artiklu fil-5 ta’ filgħodu fejn is-siġra tal-Milied. Għalkemm fil-bidu ma kontx eċitata biex inżejjen dari din is-sena għall-Milied, inħossni kuntenta ħafna bid-deċiżjoni li ħadt. Il-parir “iffoka fuq id-dawl mhux id-dlam” huwa utli ferm speċjalment dis-sena li fiha qed niċċelebraw l-istaġun tal-festi fil-‘bubble’ żgħira tagħna, il-bogħod minn ħbiebna u l-familja. Milied Diġitali 2020 Dawn iż-żminijiet jistgħu jikkawżawRead More…

movember

F’dawn l-aħħar snin rajna żieda f’interess fuq is-saħħa mentali u fiżika ta’ l-irġiel, speċjalment fix-xahar ta’ Novembru. Fl-fatt, fil-bidu ta’ dan ix-xahar, li jġorr ukoll it-terminu ‘Movember‘, numru t’irġiel jibdewh mingħajr leħja, u matul ix-xahar ikabbru l-mustaċċi. Dan il-ġest isir bil-ħsieb li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa tar-raġel, b’mod aktar speċifiku, l-kanċer tal-prostata u tat-testikoli, dipressjoni, ansjeta’ u suwiċidju. Din il-kampanja tfittex li tħeġġeġ lill-irġiel biex jgħixu ħajja b’saħħa aħjar. Il-moviment Movember jagħraf il-bidu tiegħu lis-sena 2003 fl-Awstralia. Madankollu llum huwa meqjuż bħala avveniment globali. Movember ma jiffokax biss fuq is-saħħa fiżika tar-raġel, iżda wkoll dik mentali. L-idea ta’ tkabbir ta’ mustaċċi hija biss mezz liRead More…

breast cancer

Hija ħaġa tassew diffiċli li taffaċċja dijanjosi tal-kanċer. Dijanjosi bhal din twaqqfilna l-ħajja b’mod immedjat, iġġiegħlna nevalwaw il-prijoritajiet tagħna u xi kultant ħajjitna b’mod ġenerali. Tbiddlilna r-rutina ta’ kuljum, tkissrilna l-pjanijiet u l-impenji tax-xogħol tagħna. Tħalli effett kbir fuq dawk kollha li jħobbuna u taffettwa b’mod sinifikanti lil ħajjitna wkoll. Għal ħafna snin ħdimt fil-‘Breast Clinic’ fl-Isptar Mater Dei u stajt nara l-effetti ta’ dijanjosi tal-kanċer ta’ kuljum. Barra minn hekk, jiena għext din l-esperjenza ma xi ħadd qrib ħafna tiegħi. Waqt it-trattament onkoloġiku, l-ħajja tal-familja kollha kienet iddur madwar appuntamenti l-isptar, it-trattamenti tal-kanċer u remissjoni. Meta l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar, ħajjitna waqfet. Hija esperjenzaRead More…