Search results for: covid (Page 3)

maltese inspirational women 2020

Ejjew naqbżu l-fatt li dis-sena 2020 kienet waħda terribbli u niġu għall-punt. Bla dubju dis-sena laqqgħatna ma numru ta nisa kuraġġużi u t’ispirazzjoni li żejnulna s-sena bil-preżenza tagħhom. Nistgħu faċilment nibnu lista twila ta nisa Maltin t’ispirazzjoni 2020 … Minn attiviżmu favur il-klima sa ġustizzja riproduttiva u saħħa pubblika u żagħżagħ politiċi, dis-sena li għaddiet ma naqsitx milli tlaqqagħna ma nisa versatili. Ejjew nagħtu ħarsa lejn il-lista tagħna ta UĦUD minn nisa Maltin t’ispirazzjoni 2020… Becs Zammit Lupi, li sfortunatament ħallietna din il-ġimgħa, swiet ta’ sors profond t’ispirazzjoni, kuraġġ u determinazzjoni. Għalkemm irċeviet id-dijanjosi ta’ kanċer fis-snin bikrin ta’ tfulitha, Becs kompliet taħdem fl-attiviżmu b’rabtaRead More…

movember

F’dawn l-aħħar snin rajna żieda f’interess fuq is-saħħa mentali u fiżika ta’ l-irġiel, speċjalment fix-xahar ta’ Novembru. Fl-fatt, fil-bidu ta’ dan ix-xahar, li jġorr ukoll it-terminu ‘Movember‘, numru t’irġiel jibdewh mingħajr leħja, u matul ix-xahar ikabbru l-mustaċċi. Dan il-ġest isir bil-ħsieb li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa tar-raġel, b’mod aktar speċifiku, l-kanċer tal-prostata u tat-testikoli, dipressjoni, ansjeta’ u suwiċidju. Din il-kampanja tfittex li tħeġġeġ lill-irġiel biex jgħixu ħajja b’saħħa aħjar. Il-moviment Movember jagħraf il-bidu tiegħu lis-sena 2003 fl-Awstralia. Madankollu llum huwa meqjuż bħala avveniment globali. Movember ma jiffokax biss fuq is-saħħa fiżika tar-raġel, iżda wkoll dik mentali. L-idea ta’ tkabbir ta’ mustaċċi hija biss mezz liRead More…

stillborn experience

Konna tassew eċitati biex niltaqgħu mal-ewwel tarbija tagħna. It-tqala tiegħi kienet waħda tajba u mxiet sew, il-movimenti tat-tarbija kienu tfakkira kostanti tat-tqala li kont qed inġorr. Madankollu, nistqarr li kelli biża’ kbira mit-twelid – imma fir-realta’ min ma jibżax? L-iljieli bdew isiru itqal, u kont bdejt inbagħti biex norqod. Imbagħad darba waħda filgħaxija, eżatt wara t-38 ġimgħa, ma stajtx norqod, u spiċċajt indur minn naħa għall-oħra tal-kamra. Ħassejt li kien hemm xi ħaġa ħażina. Ma bdejtx inħoss lit-tarbija tiċċaqlaq bħal qabel, imma kkonvinċejt ruħi li dan kien effett tal-biża’ li kont qed nesperjenza. Wara kollox dakinhar stess filgħodu kelli ‘ultrasound’ u kollox kien deher liRead More…

persona med aesthetics plastic surgery

Spiss nirċievi talbiet anonimi mingħand membri tal-grupp ‘Women for Women’ rigward numru ta’ proċeduri relatati ma kirurġija kosmetika. Ħafna nisa jammettu li jistħu jistaqsu dirett dwar dawn il-proċeduri, u fil-fatt dan hu suġġett li mhux dejjem jiġi mitkellem faċilment. Għalhekk jien iddeċidejt li tkun idea tajba jekk nistaqsi l-mistoqsijiet kollha relatati li aħna n-nisa nixtiequ nkunu nafu. Personalment rajt ħafna rakkomandazzjonijiet pożittivi dwar ‘Persona’, għalhekk ħsibt li dan huwa l-post perfett minn fejn għandi nibda, u fl-istess ħin nara x’joffri dan il-post. Minħabba l-miżuri tal-Covid-19 li naqqsulna ċ-ċans li noħorġu aktar spiss, kif ukoll bix-Xitwa li ġejja u l-fatt li n-numri ta’ każijiet qegħdin dejjemRead More…

kickstart weightloss

Il-ġlieda kontinwa għat-telf ta’ piż hija realta’ għal ħafna. L-istatistiċi juru li r-rata tal-obeżita’ fil-popolazzjoni tagħna, kemm fil-kbar u kemm fiż-żgħar, hija allarmanti ħafna. B’mod ġenerali n-nies huma konxji tal-implikazzjonijiet negattivi dwar is-saħħa marbuta ma’ piż eċċessiv. Hemm varjeta’ ta’ fatturi li jaffettwaw il-piż tagħna; il-ġenetika, il-metaboliżmu, l-eta’, l-istil ta’ ħajja li ngħixu, id-drawwiet tagħna relatati mal-ikel u r-rutina tal-eżerċizzju kollha jagħmlu parti minn dan. Minħabba s-sitwazzjoni kurrenti tal-COVID-19, ħafna nies biddlu r-rutina tax-xogħol u bdew jaħdmu mid-dar. Dan wassal biex kien hemm bidla wkoll fid-drawwiet relatati mal-ikel. Ċertu persuni sabu aktar ħin f’idejhom, u ddeċidew li jesperimentaw aktar fil-kċina. Dan wassal għall-żieda fil-piż mhuxRead More…

parentcraft services malta

‘Parentcraft Services’ huwa servizz indipendenti offrut mid-Dipartiment tal-Obstetrika fl-ewwel sular, blokka E, fl-Isptar Mater Dei. ‘Parentcraft Services’ joffru edukazzjoni u s-sapport kemm waqt, kif ukoll wara t-tqala. Waqt li kont qed nagħmel ftit riċerka għall-informazzjoni neċessarja għal dan l-artiklu, kont fortunata biżżejjed li tkellimt maċ-‘Charge Midwife and Parentcraft Services Coordinator’, Louise Bugeja, li permezz ta’ telefonata ġentilment kellmitni fid-dettal dwar l-opportunitajiet edukattivi kollha li jiġu offruti permezz ta’ dan is-servizz. Ms Bugeja spjegatli li l-edukazzjoni sseħħ f’’team meetings’ li jiġu offruti għall-ommijiet/koppji li qed jistennew tarbija, ommijiet tqal b’tewmin, nanniet, u ommijiet bi tqaliet konsekuttivi. L-ommijiet jiġu mgħaqqda flimkien fi gruppi skond ix-xahar li jkunuRead More…

breast cancer

Hija ħaġa tassew diffiċli li taffaċċja dijanjosi tal-kanċer. Dijanjosi bhal din twaqqfilna l-ħajja b’mod immedjat, iġġiegħlna nevalwaw il-prijoritajiet tagħna u xi kultant ħajjitna b’mod ġenerali. Tbiddlilna r-rutina ta’ kuljum, tkissrilna l-pjanijiet u l-impenji tax-xogħol tagħna. Tħalli effett kbir fuq dawk kollha li jħobbuna u taffettwa b’mod sinifikanti lil ħajjitna wkoll. Għal ħafna snin ħdimt fil-‘Breast Clinic’ fl-Isptar Mater Dei u stajt nara l-effetti ta’ dijanjosi tal-kanċer ta’ kuljum. Barra minn hekk, jiena għext din l-esperjenza ma xi ħadd qrib ħafna tiegħi. Waqt it-trattament onkoloġiku, l-ħajja tal-familja kollha kienet iddur madwar appuntamenti l-isptar, it-trattamenti tal-kanċer u remissjoni. Meta l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar, ħajjitna waqfet. Hija esperjenzaRead More…

mental health awareness day

Kull sena eżattament fl-10 t’Ottubru tiġi osservata l-‘World Mental Health Day‘, bl-oġġettiv ewlieni tagħha jkun li titqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali kif ukoll li jingħata s-sapport fejn ikun hemm bżonn. F’din il-ġurnata, individwi u istituzzjonijiet li għandhom il-poter biex iġibu l-bidla huma inkoraġġuti jitkellmu fuq ix-xogħol tagħhom mall-komunita’, kif ukoll jenfasizzaw iz-zoni li fihom jidher li hemm bżonn titjib. Din is-sena ‘World Mental Health Day’ ġiet fi żmien partikolari fejn in-nuqqas ta’ sigurtà, biża’, ansjetà, fost emozzjonijiet negattivi oħra, qed jegħlbu ħafna ħajjiet ta’ nies. Din iż-żieda hija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, li qed tiddisturba ħafna aspettattivi fis-soċjeta’: fuq livell personali, soċjali u ekonomiku. Minħabba l-vulnerabbiltàRead More…

nikki muscat swimmer

L-intenzjoni tiegħi hi li nservi t’ eżempju għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajja billi nħeġġiġhom dejjem jaħdmu fuq il-ħolm tagħhom, ikunu xi jkunu. It-tajjeb dejjem jirbaħ u jekk taħdem u tistinka dejjem ikun hemm premju jistennik. Nikki Muscat Aħna ta’ Wham iltqajna ma Nikki Muscat: mara żagħżugħa b’passjoni kbira għall-għawm. Minkejja l-problemi li kellha taffaċċja fil-passat, illum Nikki hija mara b’saħħitha, reżiljenti u t’ispirazzjoni, u hija ddeterminata li tilħaq l-għanijiet kollha tagħha. Francesca: Naf li pparteċipajt fl-Olimpjadi f’Londra u Rio fl-2012 u 2016 rispettavament – nimmaġina li dik probabbli kienet xewqa tiegħek li saret realta’… għidilna naqra kif spiċċajt hemmhekk u kif kienet l-esperjenza tiegħek. Meta kelli 6Read More…

Toly Think Pink Campaign

F’dan ix-xahar t’Ottubru, Toly qed jikkollaboraw mal-Fondazzjoni ‘Women for Women’ għall-kampanja annwali Toly Thinks Pink, inċentiva sabiex titqajjem kuxjenza u jinġabru l-flus mill-bejgħ tal-‘compacts’ tal-‘blusher’ ta’ Toly, li huma disponobbli f’erbgħa kuluri. Toly huma appassjonati dwar l-iżvilupp ta’ modi ġodda biex jgħaqqdu u jispiraw lin-nisa sabiex ikunu nvoluti, billi jsibu mezzi ġodda ta’ għajnuna ħalli jaffaċċjaw il-ġlieda u jissapportjaw gruppi vulnerabbli – persuni li qed isofru mill-kanċer tas-sider u li bħalissa qed jaffaċċjaw id-doppju tar-riskji u vulnerabbilta’, f’nofs il-pandemija tal-‘coronavirus’. Il-fondazzjoni ‘Women for Women’ hija organizzazzjoni ‘non-profit’ fuq Facebook, li għandha aktar minn 37 elf mara li jinkuraġixxu u jissapportjaw lil xulxin, u li riċentamentRead More…