L-importanza li tkun finanzjarjament indipendenti

L-indipendenza finanzjarja hija li jkollok kontroll fuq il-finanzi tiegħek stess u tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet tiegħek mingħajr ma jkollok għalfejn tiddependi fuq xi ħaddieħor biex jieħu deċiżjonijiet bħal dawn għalik.

Għaliex nibża’ nirkeb karozza tal-linja jew Taxi?

F’diversi pajjiżi madwar id-dinja, inkluż Malta, tippersisti realtà inkwetanti għal bosta nisa, speċjalment iż-żgħażagħ: il-biża’ li jirkbu karozza tal-linja jew taxi weħedhom.

L-Artistrija u l-Kompassjoni Wara t-Tatwaġġ tar-Rikostruzzjoni tal-Areola

Fid-dinja tat-trattamenti tas-sbuħija permanenti, l-arti tat-tatwaġġ tar-rikostruzzjoni tal-areola tispikka bħala servizz trasformattiv u ta’ kompassjoni.

X’inhuma s-sigrieti tal-‘Morning Sickness’ u t-trattamenti effettivi?

Il-‘Morning Sickness waqt it-tqala huwa fenomenu komuni iżda imprevedibbli li jaffettwa ħafna nisa tqal, u li normalment is-sintomi tiegħu jinkludu dardir u remettar. Madankollu, dan ivarja ħafna minn mara għal oħra.

Pariri importanti għaż-żminijiet ta’ festi

L-istaġun tal-festi, immarkat bid-daqq tal-qniepen u r-rwejjaħ ifuħu ta’ imbuljata, huwa żmien meta l-familji jingħaqdu iżjed biex jiċċelebraw.

Kif tirkupra wara ċesarja?

Jekk int omm ġdida li għadha kif għaddiet minn ċesarja, prosit!

Kul Tajjeb fuq Baġit: Suġġerimenti għal ikliet affordabbli u b’ammont sostanzjali ta’ nutrijenti

Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, huwa faċli li taqa’ fin-nasba li tagħti prijorità lill-konvenjenza fuq in-nutrizzjoni, speċjalment meta tkun fuq baġit.

Pink October: Għarfien dwar il-kanċer tas-sider

Pink October, magħruf ukoll bħala x-xahar għall-għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider, hija inizjattiva globali li tfittex li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, tinkoraġġixxi t-testijiet, u tappoġġja lil dawk milquta minn din il-marda li tbiddel l-istil ta’ ħajja li jgħixu.

Bidu ġdid: Kif issib lilek innifsek wara tmiem ta’ relazzjoni?

Li wieħed iwaqqaf relazzjoni jista’ jkun wieħed mill-aktar esperjenzi ta’ sfida tal-ħajja. Ħafna drabi dan il-pass iħallina mitlufa, imweġġgħin, u niddubitaw l-identità tagħna.

“Ħu nifs, għal kollox hemm soluzzjoni”

Li ssir omm huwa vjaġġ sabiħ li n-nisa jgħaddu minnu. L-eċitament li jwassal għad-data fejn suppost titwieled it-tarbija, il-ferħ meta żżomm it-tarbija tiegħek għall-ewwel darba, u dik ir-riħa ta’ tarbija ġdida hija xi ħaġa barra minn din id-dinja.

Sena skolastika ġdida: Pariri għall-ommijiet dwar ikel, uniformijiet, stationery u affarijiet oħra

Hekk kif il-qniepen tal-iskola dalwaqt jibdew jdoqqu u l-ġranet tas-sajf jispiċċaw , wasal iż-żmien li t-tfal imorru lura l-iskola. Għall-ommijiet, din it-tranżizzjoni tista’ tkun kemm eċċitanti kif ukoll ta’ sfida.

Il-Leave tal-Maternità u dettalji assoċjati miegħu

Diversi nisa u ommijiet jistaqsu mistoqsijiet b’konnessjoni mal-Leave tal-Maternita. WHAM għamlet kuntatt ma’ omm u avukat, li wieġbet numru ta’ domandi li huma l-iżjed mistoqsija dwar il-Leave tal-Maternità.

GBS Awareness Group B Streptococcus Disease

Għarfien dwar il-GBS – “L-Esperjenza Trawmatika Tiegħi Bħala Omm”

“Ħassejtni fis-seba’ sema hekk kif kont qed nitpaxxa nħares lejn it-tarbija tiegħi…ma kellix idea li fi ftit tal-ħin kont se nirċievi aħbar daqstant xokkanti! Il-GBS qalbitilna ħajjitna ta’ taħt fuq…” Bħala omm għaddejt minn trawma. Din hija l-istorja tiegħi.  Fit-3 ta’ Diċembru 2019 eżatt fl-4:05 ta’ filgħodu, żewġi u jien ilqajna lil bintna għall-ewwel darba – tarbija tassew sbejħa. It-tnejn li aħna konna ferħanin se ntiru! Imma fl-istess ħin konna qisna għadna f’ħolma, għax it-tifla ċkejkna tagħna kienet waslet 4 ġimgħat qabel id-data mistennija.  Ir-rigal tal-Milied kien ingħatalna kmieni dik is-sena – iżda xejn ma konna nafu dak li kien hemm lest għall-familja tagħna! Filwaqt

The Aesthetic Physician Association of Malta (APAM)

Inawgurazzjoni Uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba Estetiċi ta’ Malta APAM

Dr Jason Debono, President, flimkien mas-Segretarja Ġenerali Dr Joanna Delia, Teżorier, Dr Charlene Scicluna u membri fundaturi, Dr David Grech, Dr Tyron Pillow, u Dr Anna Maria Fenech Magrin, għandhom il-pjaċir iħabbru l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba Estetiċi (Aesthetic Physician Association of Malta – APAM). Opportunita’ ta’ sħubija f’din l-Assoċjazzjoni hija miftuħa għat-tobba mediċi li huma liċenzjati f’Malta u li jeżerċitaw il-mediċina estetika full-time. Sħubija Assoċjata hija wkoll disponibbli għal Tobba mediċi li jeżerċitaw il-mediċina estetika part-time. L-APAN ġiet stabbilita biex tippromwovi u ġġib ‘l quddiem il-prattiċi effettivi, siguri u etiċi tal-mediċina estetika għall-benefiċċju tal-prattikanti mediċi u l-membri tal-pubbliku. “Il-Bord irid jagħmel dan permezz ta’

GEMO

Regular Contributors and Blogs

emergent curriculum

Il-Kurrikulu Emerġenti – Kif Jistgħu Igawdu Minnu Uliedek?

Il-kurrikulu emerġenti huwa approġġ ta’ tagħlim organiku li jgħin fl-iżvilupp ta’ tfal ċkejknin.  Dan l-approġġ, li hu relattivament ġdid u li qiegħed jikber u jevolvi kontinwament, qiegħed jiġi ntrodott mill-għalliema fl-istadji bikrin tat-tfulija. Il-kurrikulu emerġenti jġib il-quddiem il-kollaborazzjoni bejn it-tfal u l-edukaturi, billi jagħtihom vuċi. L-għalliema jiġu mħeġġa jibnu fuq dak li jogħġob lit-tfal u dak li jinteressahom u b’hekk ikabbar fihom ir-rispons. F’dan il-kuntest, l-edukatur jassumi wkoll irwol li bih jiffaċilita l-integrazzjoni, josserva dak li jkun qed jiġri, u jagħti lit-tfal iż-żmien biex jiskopru, jfittxu fil-fond u jkabbru l-kostruzzjoni tat-tagħrif billi jippjanaw l-attivitajiet tagħhom fuq bażi ta’ dak li jinteressa jew dak ukoll li

Monsoon

Monsoon – Marka Kummerċjali Sostenibbli Sa Mill-Bidu Nett

Monsoon hija marka kummerċjali ta’ stil ta’ ħajja li tagħmillek ħajtek aktar rikka permezz ta’ sbuħija naturali, pożittivita’ u skoperti bla tmiem… L-istorja tagħna taf il-bidu tagħha lil raġel u l-viżjoni tiegħu; biex iġib ilbies vibranti, mimli kuluri, maħduma b’reqqa bl-idejn minn postijiet il-bogħod lejn is-suq ta’ Londra.  Kien vjaġġ li beda f’Ibiza fl-1970 f’komunità ta’ hippies, u spiċċa fi vjaġġar estiż fuq l-art lejn il-Lvant, mill-Afganistan u l-Indja. Il-fundatur tagħna, Peter Simon, ġieb lura minn dawn l-avventuri esperjenzi li biddlulu ħajtu sabiex jibda jaqbad sensibilità ġdida għal dawk id-drappijiet sbieħ, ispirati mill-Boemja, ipprintjati u minsuġa bl-idejn, b’dettalji maħduma bil-ganċ, li beda n-negozju bihom minn

sexually transmitted infection

Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment – Sfidi Psikoloġiċi Emozzjonali u Relazzjonali

Sa ftit tas-snin ilu f’Malta l-edukazzjoni sesswali kienet immirata biex tbeżża’ aktar milli tinforma. L-enfasi tas-suġġett fil-kurrikulu kien iffokat fuq l-astinenza u l-evitar tal-konċepiment. Illum dan donnu qed jinbidel, u ninsabu resqin lejn idea aktar komprensiva dwar l-edukazzjoni sesswali, fejn iż-żagħżagħ qed jingħataw informazzjoni, ħiliet, attitudnijiet u valuri sabiex bihom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet aħjar fil-konfront tas-saħħa sesswali tagħhom u tal-partners. Huwa mportanti li ngħallmu l-uliedna dwar il-kontraċezzjoni, sess bla periklu, għoti u ingħatar ta’ kunsens sesswali, u l-importanza tal-pjaċir sesswali. Bħala sex therapist nista’ ngħid li waħda mill-aktar diffikultajiet regolari li niltaqa’ magħhom fil-klinika tiegħi hija n-nuqqas t’informazzjoni dwar kif jaħdem il-ġisem, kemm psikoloġikament

low self esteem

Awtostima Baxxa Kkaġunata Minn Ħbieb b’Kummenti Negattivi

Minn dejjem niftakarni nissorprendi l-kulħadd meta naqbad nitkellem dwar memorji passati li għandi. “Kemm tiftakar!“, jgħiduli. Iżda jkolli nammetti li mhux dejjem niftakar kollox faċilment. Għandi t-tendenza ninsa affarijiet li għalija jkunu insinifikanti. Imma mbagħad, memorji li s-subkonxju tiegħi iħoss li huma mportanti donnhom jiġu impjantati f’moħħi għal dejjem. Waqt li qed nikteb dan l-artiklu qed nirrealizza li l-memorji kollha li ta’ spiss jiġu fuq moħħi meta nkun imdejqa kollha kkontribwew lejn awtostima baxxa tiegħi innifsi. Tiskanta kif kelma waħda mitkellma lilna anke fi tfulitna tista’ tħalli mpatt fuq ħajjitna kollha. Niftakar li meta kelli 5 snin kont narani ħoxna u ‘stramba’. L-għalliema tiegħi kif

perinatal mental health

Is-Saħħa Mentali tal-Omm Waqt u Wara t-Tqala

Problemi relatati mas-saħħa mentali tal-omm waqt u wara t-tqala (Perinatal Mental Health) jibdew iseħħu waqt it-tqala jew fl-ewwel sena wara t-twelid tat-tarbija. Jintlaqtu minnha sa 20% ta’ ommijiet ġodda jew li qed jistennew tarbija, u jinkludu firxa kbira ta’ kundizzjonijiet. Hawnhekk se ssib dak kollu li teħtieġ tkun taf dwar is-saħħa mentali tal-omm waqt u wara t-tqala….  Il-perjodu ‘Perinatal‘ jibda meta mara toħroġ tqila u jwassal sa l-ewwel sena wara t-twelid tat-tarbija. Il-vjaġġ personali hu uniku għall-mara waqt it-tqala, it-twelid u l-maternita’ bikrija. Dan il-perjodu jista’ jkun esperjenza tal-akbar sfida fil-ħajja tal-mara jew inkella esperjenza li tippremjak. F’dan iż-żmien huwa komuni li sew in-nisa kif

Jum Internazzjonali Tal-Mara – Għaliex Għandna Bżonn Niċċelebrawh?

Kull sena, eżattament fit-8 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara globalment. Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn mitt sena, eżattament sa mill-1911, u l-għan tagħha hu li tgħaqqad lil kulħadd flimkien għal għan wieħed. F’dil-ġurnata nfakkru l-gwadann soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tal-mara. Barra minn hekk, din il-ġurnata tħeġġiġna wkoll niftakru u naħdmu favur l-importanza tal-ekwalita’ fil-konfront tal-mara. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-istqarrija meta kienet qed tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2021: “Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli. Il-Pandemija COVID-19 ma ħafritha l-ħadd, u swiet ta’ theddida partikolarment għan-nisa kollha madwar id-dinja. Tobba, infermiera, għalliema, negozjanti – xogħolijiet li ta’ spiss huma mfittxija minn

Pink October 2021

Noħolqu Aktar Għarfien Dwar il-Kanċer tas-Sider fix-Xahar t’Ottubru 2021

Reġa wasal ix-xahar t’Ottubru – xahar li fih ta’ kull sena madwar id-dinja noħolqu aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider u l-impatt li dan iħalli fuq in-nisa; xahar li nirreferu għalih bħala Pink October. Il-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer komuni fin-nisa Maltin, kemm mil-lat ta’ rata t’inċidenza, kif ukoll ta’ mortalita’. Għalkemm il-kawża primarja għadha sal-lum mhux magħrufa, hemm fatturi ta’ riskju li jżidu ċ-ċans li persuna tiżviluppa dan it-tip ta’ kanċer. Dawn jinkludu: passat ta’ kanċer tas-sider fil-familja, eta’ akbar, passat ta’ boċċi mhux kanċerużi, dijanjosi ta’ kanċer tas-sider fil-passat, kif ukoll piż żejjed jew obeżita’, u teħid eċċessiv ta’ alkoħol. Jekk għandek riskju akbar

Machination

Machination – Fid-Dawl tal-Pandemija: Makkinazzjonijiet tal-Moħħ

Il-Fotografa Fran Stivala teħodna wara l-kwinti fil-ħolqien ta’ servizz fotografiku għall-poster tal-film, ‘Machination’. Raġġ qawwi ta’ dawl irradjat minn tieqa żgħira u għolja ġewwa mezzanin li jservi wkoll ta’ studjow fl-Imgarr, fejn kien se jittieħed ir-ritratt għall-film ‘Machination’. Kien qisu bħallikieku qed jolqot element; it-tieqa kellha titgħatta sabiex jittieħed dan ir-ritratt partikulari, għax id-dawl ambjentali kien ukoll meħtieġ. Il-film huwa tat-tip ‘thriller’ psikoloġiku li jsegwi it-tgħaqid imdallam tal-moħħ tal-protagonista prinċipali, Maria, parti maħduma mill-attriċi Steffi u l-battalja tagħha biex tgħelibhom waqt li tkun itturufnata waħedha d-dar waqt pandemija. Machination jagħti ħarsa lejn il-mard mentali mhux djanjostikat u l-effett tiegħu fuq ħajjiet in-nies. Ivan Malekin u

domestic abuse

Abbuż Domestiku fil-Familja Kisser Lili u l-Futur Tiegħi Litteralment

Ħadd m’hu perfett; l-ebda familja m’hi perfetta, anke jekk tidher perfetta. Konflitti w’argumenti huma parti minn kull relazzjoni, anzi dawn xi kultant itejjbu dak li aħna u r-relazzjonijiet li nagħmlu parti minnhom. Madankollu, meta l-konflitti w’ argumenti jseħħu b’mod estrem, dawn jistgħu iħallu effetti orribbli fuq il-persuni nvoluti primarjament, kif ukoll fuq dawk li jkunu qed jaraw kollox: it-tfal. Dan hu eżattament dak li jiġri f’sitwazzjonijiet ta’ abbuż domestiku. Minn barra, il-familja tiegħi hija waħda perfetta: missieri jaħdem ħafna biex jipprovdi l-għixien, ommi tipprovdi dak kollu neċessarju, u ħuti w’jiena mmorru tajjeb ħafna flimkien. Għalkemm dan kollu huwa minnu, mill-bieb il-ġewwa l-istorja hija totalment differenti.

online purchases

Xiri Online u l-Ġimgħatejn ‘Cooling Off Period’ – Dritt tal-Konsumatur

Ix-xiri online jista’ jkun pjuttost konvenjenti, speċjalment waqt dan iż-żmien li qed ngħixu fih. Hawn għandek issib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar xiri online u l-ġimgħatejn ‘cooling off period’ – dritt tal-konsumatur… B’ daqstant prodotti mixtrija u mibjugħa online f’dawn iż-żminijiet, aħna ta’ wham ħsibna li jkun tajjeb li nfakkru l-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom, kif ukoll lill-bejjiegħa dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom. Affarijiet mixtrija online jew minn fuq it-telefon, kemm lokalment kif ukoll minn fornituri barranin huma suġġetti għal dak imsejjaħ ‘two-week cooling off period’. Dawn il-ġimgħatejn jibdew mill-ġurnata li fihom il-konsumatur jirċievi l-prodott. Dan ifisser li x-xerrej għandu d-dritt jirritorna l-prodott mixtri fi

supporting local

L-Importanza tal-Appoġġ Lil Nisa Mexxejja t’Intrapriżi Żgħar Lokali

Aħna ta’ Wham nemmnu fl-appoġġ lill-komunita’ lokali bħall-komunita’ fuq Facebook b’membri esklussivament nisa, Women for Women. Nemmnu fl-appoġġ u l-promozzjoni tal-fehma u l-ħeġġa tal-mara sabiex tikseb is-setgħa. Matul il-pandemija ħafna nisa tilfu l-impieg jew ma’ setgħux joħorgu minn djarhom, jew għax huma meqjusa vulnerabbli, jew għax kellhom jibqgħu id-dar biex jassistu lill-uliedhom fit-tagħlim skolastiku mid-dar tagħhom stess. Bħas-soltu, n-nisa ma baqgħux lura minn din l-isfida u biddlu l-passatempi tagħhom, kif ukoll l-abilitajiet tagħhom f’opportunitajiet li bihom jaqilgħu l-għixien. Issa, aktar minn qatt qabel, huwa mportanti għalina bħala komunita’ biex ningħaqdu flimkien u nagħtu l-appoġġ lil xulxin. Tassew, il-kumdita’ u l-għażla vasta ta’ prodotti bi prezzijiet

world contraception day

Il-Jum Dinji Tal-Kontraċezzjoni – niddiskutu l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel

Ix-xahar ta’ Settembru huwa magħruf għal ħafna raġunijiet – għal uħud jista’ jkun xahar mimli ansjeta’ u eċitament minħabba l-fatt li sena skolastika ġdida tkun qed toqrob biex tibda għal uliedhom jew għalihom infushom; oħrajn jistgħu jesperjenzaw ċertu emozzjoni melankonika minħabba l-fatt li dan ix-xahar huwa dedikat ukoll għall-għarfien dwar is-saħħa mentali, speċjalment dwar is-suwiċidju. F’Settembru niċċelebraw ukoll ġurnata speċjali oħra – le, ma niċċelebrawx b’festini f’dil-ġurnata, iżda ġeneralment jirnexxilna nakkwistaw aktar informazzjoni dwar neċessitajiet li mhux biss itejbu l-ħajja tagħna sa ċertu punt, iżda wkoll inaqqsu xi ftit mill-ansjetajiet u l-biżgħat tagħna. Is-26 ta’ Settembru huwa il-jum dinji tal-kontraċezzjoni! Forsi se nidher xi ftit